Tnedija mill-Banda Ċittadina Leone

22. 03. 2019
Il-Banda Ċittadina Leone A.D. 1863 tkun pijuniera bħala l-ewwel Banda Maltija fuq il-pjattaforma diġitali Spotify
20. 03. 2019
Tgħanniqa – Antaloġija ta’ Marċi Funebri tas-Surmast Colin Attard
25. 03. 2019

Is-Soċjetà Filarmonika Leone tistieden lil kulħadd sabiex jattendi għat-tnedija li se ssir fil-Każin tal-Banda Leone nhar il-Ħadd 24 ta’ Marzu 2019

Wara li fuq dan is-sit, flimkien mas-siti soċjali ġie mħabbar li l-Banda Ċittadina Leone hija l-ewwel Banda Maltija fuq l-pjattaforma diġitali Spotify, nhar il-Ħadd 24 ta’ Marzu, is-Soċjetà se tniedi CD ta’ marċi funebri għas-sena 2019. Din it-tnedija se ssir fid-9:30am ġewwa l-Każin tal-Banda Leone bi stedina miftuħa għal kulħadd.

Flimkien ma’ tnedija ta’ CD ġdid, se jitħabbru wkoll inizzjattivi oħrajn mill-Banda Ċittadina Leone għaż-żmien li ġej. Bandisti, membri u partitarji huma mħeġġa jattendu.