Vampa Organisations

 

Imwaqqfa uffiċjalment fl-1990, il-Vampa Organisations kompliet fejn għadd ta’ dilettanti kienu diġà għamlu mill-festa ta’ Santa Marija appuntament annwali mad-dilettanti tal-logħob tan-nar. Din l-għaqda tan-nar fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Leone taħdem ħafna mil-logħob tan-nar hi fil-Kamra tan-Nar 15 t’Awwissu propjeta' tal-mibki Adrian Agius, wieħed mill-fundaturi tal-għaqda. L-ispettaklu pirotekniku jiġi varat minn fuq l-għolja ta’ Gelmus faċċata tal-għolja taċ-Ċittadella.

Is-sengħa tal-piroteknika.

Biż-żmien, il-Vampa Organisations bdiet tesdendi l-istedin tagħha lill-kmamar tan-nar prominenti f’Malta biex għamlet mill-festa ta’ Santa Marija spettaklu pirotekniku per eccellenza. Il-qofol ta’ kollox jintlaħaq lejn tmiem il-purċissjoni ta’ Santa Marija bi spettakli ta’ kwalità u kwantità kbira li ma jagħmlux għajb lill-festi kbar oħra titulari Maltin u Għawdxin.

L-Għolja ta' Gelmus, 15 t'Awwissu.