Għaqda Armar Santa Marija

 

L-Għaqda Armar Santa Marija twaqqfet minn fost il-moviment taż-żgħażagħ bħala nukleju iżgħar ta’ żgħażagħ bil-potenzjal, bit-talent u bin-namra fid-dekorazzjonijiet u l-armar tal-festa. Mill-maħżen tal-armar, li s-Soċjetà Leone għandha, l-Għaqda Armar Santa Marija timmanifattura u tirrestawra ħafna minn dak li jintrama madwar il-Belt Victoria fil-festa ta’ Santa Marija.

L-Għaqda tinqeda bil-potenzjal ta’ għadd ta’ voluntiera li jaħdmu minn qalbhom matul sena sħiħa, u bi pjaċir qiegħda tipproduċi talent lokali li jipprometti ħafna. F’xi xogħlijiet oħra, l-għaqda tkompli tikkummissjona xogħlijiet lill-artisti prominenti fi sforz biex inkomplu ngawdu minn patrimonju sinjur ta’ armar li writna u li rridu ngħaddu lil ta’ warajna.