L-Istorja

 

Din hija s-Soċjetà Filarmonika Leone tal-Belt Victoria, bil-paġni tal-istorja tagħha, minquxa b'ittri tad-deheb, immortalizzati f'dawn ir-ritratti miżmuma b'għożża kbira fil-każin tagħha. Dawn huma wħud mill-mumenti speċjali għas-Soċjetà u għal missirjietna li ħadmu għalihom u kellhom ix-xorti li jgħixuhom. Huma awgurju għalina fit-tmun ta' din is-Soċjetà llum biex nagħmlu ġieħ lil min ġabna fil-post vantaġġjuż li ninsabu fih illum biex naħdmu bl-istess entużjażmu u nwellu lil ta' warajna Soċjetà Leone glorjuża bħalma u aktar milli writnieha aħna.