Tgħanniqa – Antaloġija ta’ Marċi Funebri tas-Surmast Colin Attard

25. 03. 2019
Tnedija mill-Banda Ċittadina Leone
22. 03. 2019
Tgħanniqa – Kunċert ta’ Marċi Funebri
08. 04. 2019

Il-Banda Ċittadina Leone A.D. 1863 tniedi antaloġija ta’ marċi funebri tas-Surmast Direttur tagħha Colin Attard

Attard, surmast rinomat fix-xena kulturali ta’ pajjiżna, ilu surmast direttur tal-Banda Leone mill-1991. L-antaloġija hija espressjoni mużikali b’mixja tul is-snin li kien surmast u li jinstabu biss fl-arkivji tal-Banda Leone, b’dediki lil persuni importanti għas-Soċjetà li ħallew id-dinja tul dan l-istess żmien.
 

“L-antoloġija hija espressjoni mużikali b’mixja tul is-snin…”

 
 
 
Is-CD jinstab għall-bejgħ mill-Każin tal-Banda Leone, Thomas Schembri, Bargate Bookshop u fil-jiem li ġejjin anke minn Malta. Il-prezz ta’ din l-edizzjoni specjali huwa ta’ EUR 20, bi prezz skontat għat-tesserati tas-Socjeta ta’ EUR 15 u għall-Bandisti tal-Banda Leone ta’ EUR 10. CDs skontati jistgħu jinkisbu mingħand is-Segretarju tas-Socjeta Filarmonika Leone filgħaxijiet fil-Każin tal-Banda Leone: info@leone.org.mt, 99130694.
 
 

 
 
Flimkien mat-tnedija tal-antaloġija, tħabbru wkoll inizjattivi oħrajn mill-Banda Ċittadina Leone. Wara li ftit jiem qabel tħabbar li l-Banda Leone kienet l-ewwel banda f’Malta fuq il-pjattaforma digitali Spotify, f’din it-tnedija tħabbar li hija wkoll l-ewwel waħda fuq Apple Music.

Din il-kumpilazzjoni tista titgawda f’kunċert fil-Katidral t’Għawdex – ‘Tgħanniqa’ , nhar Ħadd il-Palm, 14 t’April 2019, 8pm. Dħul huwa b’xejn iżda wieħed jista jirriserva post fuq info@leone.org.mt jew b’sms fuq 99130694.