Kummissjonijiet

 

L-istatut tas-Soċjetà jawtorizza lill-kumitat ċentrali sabiex minn żmien għal żmien joħloq kummissjonijiet bil-għan li jgħinuh fil-ħidma tiegħu. Il-kummissjonijiet irid ikollhom fihom preżenza t'uffiċjali tal-kumitat, inkluż is-Segretarju. L-istatut iżda jippermetti wkoll li dawn il-kummissjonijiet ikunu jinkludu individwi oħra, barra mill-kumitat li jistgħu jkunu utli bl-esperjenza, sengħa jew determinazzjoni tagħhom, wara li jkunu ġew approvati mill-kumitat. Kull kummissjoni tagħti rapport lill-kumitat fil-laqgħat tiegħu; rapport li jkun jinkludi numru ta’ proposti biex il-kumitat jieħu deċiżjoni dwarhom.

Preżentament, il-kumitat għandu maħtura il-Kummissjoni Banda, Kummissjoni Opra, Kummissjoni Finanzi, Kummissjoni Skola tal-Mużika u Kummissjoni Festa. Din tal-aħħar hija magħmula minn membri tal-kumitat li għandhom dmirijiet marbuta mal-organizzazzjoni tal-festa, kif ukoll rappreżentanti tal-fergħat relatati.