Aurora Youth Choir

 

L-Aurora Youth Choir twaqqaf minn fost il-moviment taż-żgħażagħ bil-għan li jiżviluppa t-talent tal-kant ta' tfal u żgħażagħ fil-qalba ta' Soċjetà mużikali bħal dik tas-Soċjetà Filarmonika Leone. Mill-2015 sallum, il-kor żviluppa u kiber fin-numru, fejn minn provi bi ftit tfal u żgħażagħ, il-kor issa jammonta għal madwar tletin korist.

Parti mill-kor Aurora Youth Choir waqt il-Kunċert Annwali 'Ever After' (22.10.2016)

Minn kemm ilu mwaqqaf, il-kor ħa sehem f'bosta attivitajiet, kemm dawk organizzati mis-Soċjetà Filarmonika Leone, mill-Parroċċa tal-Katidral u anke minn entitajiet oħrajn. Fl-2016 il-kor ħa ħsieb organizza l-ewwel kunċert annwali tiegħu, bl-isem Ever After, liema kunċert ittella' ġewwa ċ-Ċittadella Cultural Centre