Kummissjoni Banda
Il-Kummissjoni Banda għandha l-irwol li tieħu ħsieb dak kollu li għandu x’jaqsam mal-Banda Ċittadina Leone. Dan jinkludi l-għażla ta’ mużika għall-esekuzzjoni, flimkien mal-loġistika u t-tħejjija ta’ provi u programmi mużikali. Il-Kummissjoni Banda hi magħmula minn tal-inqas erba’ membri tal-kumitat tad-direzzjoni, fosthom il-President jew il-viċi tiegħu, u s-Segretarju, kif ukoll rappreżentanza ta’ erba’ bandisti jew aktar. Kull mozzjoni mressqa fil-laqgħat ta’ din il-kummissjoni trid tgħaddi b’maġġoranza tal-voti ta’ dawk preżenti u wara, irid ikollha l-approvazzjoni tal-kumitat tad-direzzjoni. Din għandha toħloq inċentivi biex tħajjar alljievi ġodda jistudjaw il-mużika u biex bandisti attivi juru lealtà lejn il-Banda Leone u jattendu għall-provi u għas-servizzi kollha tal-banda. Il-kummissjoni għandha żżomm id-dixxiplina kemm fl-attendenza kemm fl-imġiba tal-bandisti. Trid tkun hi li tagħti eżempju tajjeb.
Il-bandisti fi ħdan il-Kummissjoni Banda huma maħtura b'elezzjoni fost il-bandisti sħaħ, fl-istess ġurnata tal-elezzjoni tal-kumitat tad-direzzjoni. Fl-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni Banda, jiġu maħtura żewġ bandisti li jirrappreżentaw il-Kummissjoni Banda fil-kumitat tad-direzzjoni, flimkien ma' rwolijiet, fosthom dik tal-arkivita.
Il-Kummissjoni Banda għas-sena 2016-17 hija komposta minn:
Bandisti membri: Apap Joseph, Apap Paul, Attard Josef u Gauci Joseph.
Bandisti rappreżentanti fil-Kumitat tad-direzzjoni: Portelli Anton u Portelli Joseph (Arkivista).
Membri tal-Kumitat: Dr Michael Caruana LL.D. (Chairman), Matthew Sultana (Kordinatur tal-Banda)