L-Istatut

 
 

Is-Soċjetá Filarmonika Leone hija rregolata mill-istatut uffiċjali tagħha. Il-qafas ġenerali tiegħu ġie aġġornat fl-2005, iżda minn sena għall-oħra dan jibqa' jiġi emendat fil-Laqgħat Ġenerali Annwali. L-aħħar aġġornament tal-istatut sar fil-Laqgħa Ġenerali Annwali f'Novembru tal-2019. L-istatut jagħti daħla informattiva biex jagħraf l-istorja u l-akkwisti tas-Soċjetá sa mit-twaqqif tagħha fl-1863. Huwa jirregola l-iskop, il-ħajja u d-demokrazija li tħaddan is-Soċjetá Leone biex tassigura l-prinċipji tal-ġustizzja u l-onestá fil-prattika tagħha.