L-2017 kienet sena li fiha għaddew minn fuqna bosta ġrajjiet u avvenimenti li komplew jgħaqduna aktar, sabiex flimkien nirnexxu. Fl-2017, sena li fiha ċċelebrajna l-40 anniversarju mill-ewwel opra f’Għawdex, is-Soċjetà Filarmonika Leone kellha ‘l fuq minn 450 partitarju li ttesseraw irwieħhom.
“Is-Soċjetà Filarmonika Leone qed issaħħaħ din is-sejħa sabiex aktar partitarji jittesseraw ruħhom, sabiex dawn ikunu aktar qrib tal-qalb u tal-mutur li jħaddem din is-Soċjetà.”
Hekk kif nafu li n-numru ta’ partitarji jisboq ferm aktar minn dan in-numru, is-Soċjetà Filarmonika Leone qed issaħħaħ din is-sejħa sabiex aktar partitarji jittesseraw ruħhom, sabiex dawn ikunu aktar qrib tal-qalb u tal-mutur li jħaddem din is-Soċjetà.
Is-Soċjetà qed toffri skont ta’ 15% fuq il-biljett tal-opra, prijorità għal riservazzjoni ta’ siġġijiet f’numru ta’ kunċerti, skont sa 12% fuq l-assigurazzjoni mingħand Citadel Insurance, kif ukoll numru ta’ privileġġi oħra f’okkażjonijiet uffiċjali, li jiġu mħabbra minn żmien għal żmien. Apparti dan, it-tesserati huma dawk li għandhom id-dritt esklussiv jattendu għal-Laqgħa Ġenerali Annwali u dawk Straordinarji.
Tessera individwali, għal persuna waħda: €10.00
Tessera għal familja sħiħa, għal persuni li jgħixu f’dar waħda: €20.00
Il-ġbir tat-tessera qed isir mill-uffiċċjali tas-Soċjetà Filarmonika Leone matul Jannar u Frar 2018. Sabiex tissieħeb imla din il-formula u għaddiha mal-ħlas lil Thomas Bajada (99130694), Michael John Cordina, Teresa Grima jew John Schembri. Tista wkoll tibgħata bil-posta fuq: Soċjetà Filarmonika Leone, 100, Triq ir-Repubblika, Victoria VCT1017. Għal kull ħlas tingħata rċevuta. Tista taqra ukoll iċ-ċirkulari lill-partitarji kollha hawn.
Ikkuntatjana fuq info@leone.org.mt jew 99130694 għal aktar dettalji.