Il-Milied it-Tajjeb!

25. 12. 2017
Elezzjoni: Riżultat
18. 12. 2017
Issieħeb membru: 2018
06. 01. 2018
 

 

Il-Milied huwa żmien li fih naħsbu dwar dawk qrib tagħna, u għalhekk, bħala Soċjetà, għandna naħsbu fil-membri attivi tagħna, li grazzi għalihom, is-Soċjetà wasslet sena ta’ ħidma u suċċess. Barra minnhekk għandu jkun żmien li fih naħsbu f’dawk li jinsabu ‘l bogħod minna, u b’hekk bħala Soċjetà niftakru ukoll fil-partitarji tagħna li jinsabu f’artijiet imbiegħda. Tajjeb ninnotaw li dan is-sit huwa segwit minn diversi pajjiżi madwar id-dinja, xhieda li s-Soċjetà hija maħbuba minn diversi partitarji li jinsabu f’dawn il-pajjiżi imbiegħda. Fost il-pajjiżi nsibu l-Awstralja, l-Istati Uniti, l-Ingilterra, l-Canada, l-Italja, Franza, l-Irlanda u l-Iran. 

B’hekk il-President u l-Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika Leone jixtiequ jawguraw Milied Hieni lill-bandisti tal-Banda Ċittadina Leone, soċji, partitarji u segwaċi tas-Soċjetà Leone u t-Teatru tal-Opra Aurora. 

 

Il-Kumitat jixtieq jistieden lit-tfal kollha għal żjara ta’ presepji f’Għawdex, fosthom Betlem f’Għajnsielem, nhar it-Tlieta 26 ta’ Diċembru. It-trasport jitlaq minn quddiem il-Każin fis-2pm. Aktar informazzjoni fuq 99130694.