Il-Banda Ċittadina Leone: Vjaġġ Armonjuż madwar Għawdex (u lil’hinn!)

19. 09. 2023
Il-Banda Leone u l-Aurora Folk Group fil-Polonja
15. 09. 2023
Laqgħa Ġenerali Annwali 2023
05. 10. 2023

Għall-Banda Ċittadina Leone, is-sajf li għadda kien ferm intensiv, bi skeda ta’ servizzi varji li wassal għal vjaġġ armonjuż madwar il-gzira t’Għawdex 

Il-Banda Ċittadina Leone hija ferm onorata bl-iskeda tas-servizzi tas-sajf li għadda, li wassluha f’diversi rħula madwar il-gżira t’Għawdex. Il-Banda Leone, bil-passjoni tagħha lejn il-mużika, rat li twassal servizzi li jqanqlu din l-istess imħabba lejn il-mużika lil kull persuna li kienet qed issegwiha. Dan deher f’kull servizz hekk kif il-bandisti dedikati tagħna għamlu ħilithom sabiex b’mod diliġenti jwasslu l-mużika fit-toroq ta’ diversi rħula. 

F’kull servizz, il-banda rat li żżid kuntatt mużikali uniku, inkluż librett ġdid ta’ marċijiet brijużi u programmi ta’ mużika klassika, pop u kompożizzjonijiet b’melodiji tal-widna. Dan flimkien mal-passjoni u t-talent tal-bandisti twassal sabiex il-mużika, speċjalment il-mużika tradizzjonali tal-festi Maltin, jagħtu nifs ġdid lill-komunitajiet tagħna.

 

Is-Servizzi

  • 31 ta’ Mejju 2023:  Marċ fil-Festa ta’ San Ġużepp, Ħal-Għaxaq, Malta
  • 02 ta’ Ġunju 2023:  Servizz Speċjali tal-Qalb ta’ Ġesu, il-Belt Victoria

  • 08 ta’ Ġunju 2023:  Purċissjoni Corpus Christi, Chludowo, il-Polonja
  • 09 ta’ Ġunju 2023:  Programm, Podolany, il-Polonja
  • 10 ta’ Ġunju 2023:  Marċ, Osiedle Grzybowe, il-Polonja
  • 11 ta’ Ġunju 2023:  Marċ u Programm, Chludowo, il-Polonja
  • 01 ta’ Lulju 2023:  Marċ fil-Festa tal-Viżitazzjoni, l-Għarb
  • 06 ta’ Lulju 2023:  Marċ fil-Festa tal-Madonna tas-Sokkors, ta’ Kerċem

  • 30 ta’ Lulju 2023:  Marċ u Ħruġ tal-Istatwa ta’ Santa Marija, il-Belt Victoria
  • 09 t’Awwissu 2023:  Programm Mużikali tal-Festa ta’ Santa Marija, il-Belt Victoria
  • 11 t’Awwissu 2023:  Marċ tal-Kapuċċini fil-Festa ta’ Santa Marija, il-Belt Victoria
  • 12 t’Awwissu 2023:  Marċ ta’ Gedrin fil-Festa ta’ Santa Marija, il-Belt Victoria
  • 13 t’Awwissu 2023:  Dimostrazzjoni fil-Festa ta’ Santa Marija, il-Belt Victoria
  • 14 t’Awwissu 2023:  Marċ tat-Tfal fil-Festa ta’ Santa Marija, il-Belt Victoria
  • 14 t’Awwissu 2023:  Marċ tat-Translazzjoni fil-Festa ta’ Santa Marija, il-Belt Victoria
  • 14 t’Awwissu 2023:  Marċ Grandjuż ta’ Lejlet il-Festa ta’ Santa Marija, il-Belt Victoria
  • 15 t’Awwissu 2023:  Il-Purċissjoni ta’ Santa Marija, il-Belt Victoria

  • 20 t’Awwissu 2023:  Programm fil-Festa tal-Santa Marija, iż-Żebbuġ, Għawdex
  • 27 t’Awwissu 2023:  Marċ u Programm fil-Festa ta’ Madonna ta’ Loretu, Għajnsielem
  • 05 ta’ Settembru 2023:  Marċ fil-Festa ta’ Marija Bambina, ix-Xagħra
  • 06 ta’ Settembru 2023:  Marċ fil-Festa ta’ Marija Bambina, ix-Xagħra
  • 08 ta’ Settembru 2023:  Marċ u Programm fil-Festa ta’ Marija Bambina, ix-Xagħra
  • 16 ta’ Settembru 2023:  Marċ fil-Festa tal-Madonna tal-Grazzja, il-Belt Victoria
  • 17 ta’ Settembru 2023:  Purċissjoni fil-Festa tal-Madonna tal-Grazzja, il-Belt Victoria

 

 

Servizzi Addizzjonali

Bħas-snin ta’ qabel, il-banda daħlet għal sensiela ta’ servizzi f’irħula differenti, fosthom fl-Għarb, Kerċem, Żebbuġ, Għajnsielem u Xagħra. Barra minn hekk, il-Banda Leone għat-tieni sena konsekuttiva pparteċipat fil-festa ta’ San Ġużepp f’Ħal-Għaxaq f’Malta. Dawn is-servizzi huma xhieda tal-impenn tal-banda għall-kollaborazzjoni u d-dedikazzjoni tagħha għall-arrikkiment kulturali fil-gżejjer Maltin bil-festi tagħha. Barra dawn, il-Banda Leone tat ukoll is-servizz tagħha fil-Festa tal-Madonna tal-Grazzja fil-komunità tal-Kapuċċini fil-Belt Victoria, bis-sehem ikun kemm fid-Dimostrazzjoni ta’ lejliet il-festa, kif ukoll fil-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja. 

Ta’ min jinnota wkoll li l-Banda Leone żidet it-tielet servizz tagħha fil-Festa ta’ Marija Bambina fix-Xagħra, u ta’ dan napprezzaw il-fiduċja tal-komunità tax-Xagħra u nesprimu l-kuntentezza tagħna li s-Soċjetà tagħti sehem akbar fil-festa ta’ din il-komunità tant qrib tagħna u tal-Festa ta’ Santa Marija. 

Il-Banda Ċittadina Leone ingħaqdet b’mod speċjali fiċ-ċelebrazzjonijiet taċ-ċentinarju mill-wasla tal-istatwa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù meqjuma fil-Parroċċa tal-Fontana. Dan sar bis-sehem tal-Banda Leone f’pellegrinaġġ storiku fiż-żewġ parroċċi tar-Rabat. Infatti, il-Banda Leone laqgħet lill-vara tal-Qalb ta’ Ġesù fi Pjazza Savina u akkumpanjatha bil-marċi sal-Katidral ta’ Għawdex. F’din l-okkażjoni, il-Banda Leone daqqet ukoll l-innu marċ tal-Qalb ta’ Ġesù ta’ Sunny Galea. Ftit jiem biss wara dan l-avveniment storiku, il-Banda Leone kellha wkoll is-safra ta’ ġimgħa fil-Polonja flimkien mal-Aurora Folk Group.

 

Programmi

Il-Programmi

Kif wieħed jista jara mill-iskeda, fost is-servizzi il-Banda Ċittadina Leone esegwixxiet diversi programmi mużikali. Taħt id-direzzjoni tal-Surmast Direttur Colin Attard, fost il-mużika li ndaqqet mill-Banda Leone fl-irħula taż-Żebbuġ, Għajniselem u Xagħra, insibu dawn is-siltiet:

  • Vedi Napoli e puoi’ Muori – Giovanni Giumarra
  • Fantasia Napolitana – Giovanni Giumarra
  • Instant Concert – Harold Walters
  • Selection from Carmen – George Bizet
  • Impressions from Seville – Harry Simeone
  • Bells across the meadows – Albert Ketelby
  • In a monastery Garden – Albert Ketelby
  • Arrangement from Exodus Film – Johan de Meij
  • Conquest of Paradise – John Glenesk Mortimer
  • Intermezz mill-Cavalleria Rusticana – Pietro Mascagni (Arr: Joseph Debrincat)
  • L-Imnarja – Carmelo Pace 

Barra minn hekk, fil-Programm Mużikali tal-Festa ta’ Santa Marija, il-Banda Leone, dejjem taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Colin Attard, esegwixxiet dawn is-siltiet:

  • Il Leone – Joseph Stivala (l-Innu tal-Banda Leone)
  • Omaggio a Gozo – Giovanni Giumarra
  • Congresso – Orlando Crescimanno
  • John Williams in concert – Arr: Paul Lavender
  • L-Imnarja – Carmelo Pace
  • Orkiestry Diete (Marċ Pollakk)
  • Selection from Carmen – George Bizet
  • Per la Festa di Santa Maria Assunta in Cielo – Orlando Crescimanno, kliem ta’ Ramiro Barbaro di San Giorgio (Tenur: Charles Vincenti, Baritonu: Alfred Camilleri, Aurora Youth Choir).

Ma nieqfux hawn – ‘l quddiem

Hekk kif għaddew ix-xhur tas-sajf, issa nitfgħu ħarsitna ‘l quddiem, bil-ħidma tisdiet ferm bi preparazzjoni għall-Opra annwali fit-Teatru tal-Opra Aurora. Is-Soċjeta’ Filarmonika Leone tinsab ħerqana għal dan l-ispettaklu kulturali li jiġbor fih diversi elementi artistiċi, bl-opra ta’ din is-sena tkun Madame Butterfly nhar l-14 t’Ottubru 2023. Hawnhekk is-Soċjetà bit-Teatru tagħha tikkontribwixxi bil-ħiliet artistiċi tagħha biex tkompli ttejjeb il-kalibru tagħha fuq livell internazzjonali. Iżda mhux biss. Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed naraw wkoll il-ħidma tas-Soċjetà bl-Aurora Folk Group bl-organizzazjoni tal-Aurora International Folk Festival bejn l-20 u 22 t’Ottubru li ġej. Dan il-festival se jesebixxi ġabra ta’ wirjiet artistiċi u kulturali mill-gżira tagħna, imżewwaq b’wirjiet kulturali minn diversi pajjiżi oħrajn hekk kif dan il-festival se jkollu l-parteċipazzjoni ta’ gruppi folkloristi minn pajjiżi oħra mill-kontinent Ewropew. Fl-aħħar nett, il-Banda Ċittadina Leone ser nerġgħu narawha fil-Kunċert Annwali tagħha f’Novembru 2023 – pero dwar dan naqsmu magħkom id-dettalji neċessarji ‘l quddiem. Is-Soċjetà se tibqa tara li taqsam mal-poplu Għawdxi u Malti r-rigal tal-mużika u l-arti. Dan jista jsir biss bil-passjoni u dedikazzjoni tal-voluntiera bandisti, żgħażagħ u membri kollha li jagħtu ħinhom għall-komunità Għawdxija. Flimkien, qed inkomplu nsawru rabtiet sodi u impatt fuq il-ħajja soċjali ta’ pajjiżna. Għax fil-ħajja, il-mużika hija l-lingwa universali li tgħaqqadna lkoll.