Laqgħa Ġenerali Annwali 2023

05. 10. 2023
Il-Banda Ċittadina Leone: Vjaġġ Armonjuż madwar Għawdex (u lil’hinn!)
19. 09. 2023

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà Filarmonika Leone se ssir nhar il-Ħadd 5 ta’ Novembru 2023.

Hekk kif wasalna nofs triq tal-perjodu amministrattiv tas-Soċjetà Filarmonika Leone 2022-24, se ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali għas-sena 2023 sabiex jiġu approvati r-rapport, isiru emendi neċessarji u diskussjonijiet important dwar il-ħidma tas-Soċjetà. Bandisti u Tesserati huma mħeġġin sabiex ikunu parteċipi f’din il-laqgħa ġenerali annwali sabiex flimkien niddiskutu dwar din is-sena amministrattiva li għaddiet u nħarsu ‘l quddiem lejn il-futur tas-Soċjetà tagħna.

Filwaqt li l-Bandisti, membri tal-Kumitat u kapijiet tal-fergħat għandhom id-dritt tal-vot importanti, it-tesserati huma mistiedna jattendu u jkunu parti minn din il-laqgħa.

Emendi għall-istatut għandhom jaslu għand is-Segretarju fuq info@leone.org.mt jew bl-idejn sat-Tlieta 31 ta’ Ottubru 2023. Dawn għandhom ikunu ffirmati minn żewġ votanti.

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali se tibqa b’Quddiesa fis-Sala 29 t’April 1956, nhar il-Ħadd 5 ta’ Novembru 2023 fid-9:00AM fil-Każin tal-Banda Leone.