Sejħa għall-offerti għall-kiri tal-bar u ristorant

25. 04. 2018
Erġa’ għix il-ġrajja
23. 04. 2018
Warda Sbejħa tar-Rebbiegħa
30. 04. 2018

Is-Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863 tar-Rabat, Għawdex qiegħda tilqa’ l-offerti sabiex jinkera l-bar fis-sede tagħha fi Triq ir-Repubblika, Rabat, Għawdex.

L-offerti għandhom jitwasslu f’kaxxa ssiġillata fl-uffiċċju tas-Segretarju fl-ewwel sular tal-Każin tal-Banda Leone mhux aktar tard minn nofsinhar tad-19 ta’ Mejju 2018 u għandhom ikunu f’envelope ssiġillat immarkat “Offerta għall-Bar u Ristorant”. 

Kopja tad-dokumenti tas-sejħa jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tas-Segretarjat, jew mitluba b’email fuq info@leone.org.mt, jew 99130694. Dawn id-dokumenti jinkludu pjanta tal-post, formula tal-applikazzjoni u kopja tal-ftehim draft.

Kull offerta għandha tkun akkumpanjata bi proposta dwar kif għandu jsir ir-refurbishment tal-bar area u tal-apparat ta’ ġo fih u dwar kif il-post jista’ jiġi konvertit f’ristorant, flimkien mal-applikazzjoni bid-dettalji mimlija. Offerti mingħajr l-imsemmijin rekwiżiti jiġu awtomatikament skwalifikati. Il-Bord tal-Għażla huwa miftuħ għad-diskussjoni tal-proposti. 

 

Is-Segretarju

Maħruġa llum, il-25 t’April 2018