Illum, Santa Ċeċilja

22. 11. 2017
U ma tofx li kien suċċess?!
13. 11. 2017
Iħallina Salvu Grech (ix-Xuxi)
27. 11. 2017
 

Is-Soċjetà Filarmonika Leone – soċjetà mużikali – tiċċelebra l-festa ta’ Santa Ċeċilja.

Illum, 22 ta’ Novembru 2017, is-Soċjetà Filarmonika Leone qiegħda tiċċelebra jum il-Festa ta’ Santa Ċeċilja, Patruna tal-Mużiċisti. B’festa ċċelebrata madwar id-dinja, Santa Ċeċilja tibqa mfakkra għal dak li hemm miktub, fejn hekk kif il-mużiċisti kienu qed jdoqqu fit-tieġ tagħha, hi kienet qed tgħanni lill-Mulej ġewwa qalbha. 

Sena ilu, is-Soċjetà Filarmonika Leone kien imissha hi li torganizza l-Festa ta’ Santa Ċeċilja ġewwa Għawdex, b’quddiesa pontifikali ġewwa l-Katidral, segwita b’marċ mill-Banda Ċittadina Leone mill-Pjazza tal-Katidral lejn il-Każin tal-Banda Leone fejn sar riċeviment għall-bandisti u l-Baned Għawdxin. 

Illum, il-bandiera tas-Soċjetà Filarmonika Leone ttellgħet fuq is-sede tagħha għall-okkażjoni.