Iħallina Salvu Grech (ix-Xuxi)

27. 11. 2017
Illum, Santa Ċeċilja
22. 11. 2017
Tislima xierqa lil Salvu Grech
30. 11. 2017
 

B’niket, is-Soċjetà Filarmonika Leone tħabbar il-mewt ta’ Salvu Grech (ix-Xuxi).

Nhar il-Ħadd 26 ta’ Novembru 2017, is-Soċjetà Filarmonika Leone b’niket ħabbret il-mewt ta’ Salvu Grech, magħruf bħala Ix-Xuxi. Salvu hu magħruf għall-ħidma tiegħu sabiex titkabbar il-Festa ta’ Santa Marija billi jiżżejnu s-smewwiet bil-logħob tan-nar tal-ajru. Infatti, huwa kien Fundatur tal-għaqda Vampa Organisations. Għall-ħidma tiegħu fi ħdan is-Soċjetà tul is-snin, Salvu Grech kien mogħti l-onorifiċenza ta’ Membru Onorarju tas-Soċjetà Filarmonika Leone. 

 

Il-funeral ta’ Salvu Grech se jsir nhar l-Erbgħa 29 ta’ Novembru 2017 fil-Katidral t’Għawdex. Il-Banda Ċittadina Leone ssellem lil Salvu quddiem il-Każin tal-istess Banda Leone fit-3:30pm, segwit b’korteo funebri akkumpanjat mill-Banda lejn il-Katidral. Fl-4.15pm jibda il-kant tas-salmi, segwit b’quddiesa presente cadavere