L-aħħar ċans biex issiefer mal-Għaqda Armar Santa Marija

24. 09. 2017
Leone Band in Concert: Festa Edition
18. 08. 2017
Il-Kast għaż-Żewġ Opri fit-Teatru tal-Opra Aurora
06. 10. 2017

L-aħħar ċans biex issiefer mal-Għaqda Armar Santa Marija f’Novembru li ġej. 

Wara s-suċċess tas-safra organizzata mill-Għaqda Armar Santa Marija f’Diċembru li għadda lejn Ruma, fl-okkażjoni tal-Presepju Malti fil-Vatikan magħmul mill-membri tal-istess Għaqda, din is-sena l-Għaqda varat safra oħra lejn l-Italja. 

Dan it-tour se jżur l-bliet popolari ta’ Verona u Venezia. Verona, belt li ġiet imwaqfa fl-ewwel seklu qabel Kristu, hija magħrufa għal kemm ippreservat il-bini u monumenti antiki, medjevali u rinaxximentali. Apparti minhekk, din il-belt hija magħrufa għall-kitba ta’ ‘Romeo and Juliet’ ta’ Shakespeare. Venezia hija belt turistika popolari mibnija fuq 118-il gżira. Fil-passat magħrufa għar-Repubbika li kienet tmexxiha u għall-kummerċ internazzjonali li kienet fasslet, il-belt ta’ Venezia issa hija mużew miftuħ tal-passat glorjuż ta’ din ir-Repubbika. 

It-tour, se jiġi organizzat bejn l-1-5 ta’ Novembru 2017, u se jkun qed iżur ukoll il-bliet ta’ Sirmione, ħdejn Lago di Garda, Peschiera del Garda u Ferrara. Il-prezz ta’ din is-safra huwa ta’ €650.00, li jinkludi l-akkomodazzjoni (half-board) u t-trasport kollu.

Dan huwa l-aħħar ċans sabiex tibbukja l-post tiegħek għal din is-safra, fejn għandek ċans sa’ għada sabiex tikkuntatja lil Marlon Mercieca fuq 99447625 u tirriserva l-aħħar ftit postijiet li jifdal.