Il-Quddiesa tal-10:30am illum issir fl-10am.
10:00am Marċ mill-Banda Ċittadina Leone miċ-Ċentru Parrokkjali sal-Katidral.
10:00am Quddiesa minn Mons. Arċipriet Joseph Sultana animata minn Mario Caruana.
11:00am Ħruġ tal-vara ta’ Santa Marija min-niċċa bis-sehem tal-Banda Leone. Issir il-ġabra tal-festa u tinqara l-poeżija tal-okkażjoni minn Gianninu Cremona.
Matul il-Kwindiċina, il-W.R. Kapitlu Katidrali jiċċelebra quddiesa kantata kuljum fis-7am, waqt li l-quddiesa tas-6pm ma tiġix iċċelebrata.
Matul il-jiem tal-Kwindiċina, ikun hemm trasport li jitlaq mill-Kapuċċini, Pjazza San Franġisk, taċ-Ċawla, Pjazza Sant’Wistin u Pjazza Savina.
It-Tlieta 31 ta’ Lulju 2018 | Jum is-Solidarjetà u l-Karità | L-Ewwel Jum tal-Kwindiċina
7:15pm Pontifikal Solenni fil-ftuħ tal-Kwindiċina minn Mons. Isqof Mario Grech flimkien mar-Rev.mu Kapitlu Katidrali. Il-kant ikun animat mill-kor taħt id-direzzjoni ta’ Colin Attard. Mistiedna l-persuni b’diżabbilità u residenti f’Dar Arka. Wara jinżamm riċeviment lil dawn ħutna offrut mill-parruċċani fil-pjazza tal-Katidral. Jieħu sehem l-Aurora Folk Group.
L-Erbgħa 1 t’Awwissu 2018 | Jum il-Ħajja | It-Tieni Jum tal-Kwindiċina; l-Erbatax-il Erbgħa ta’ Santa Marija
7:15pm Quddiesa tal-Kwindiċina ppreseduta minn Dun Anton Teuma fejn matulha ssir il-preżentazzjoni tat-trabi li twieldu matul din l-aħħar sena taħt il-ħarsien ta’ Santa Marija. Janima l-kant il-Kor Fjur t’Assisi tal-Knisja tal-Kapuċċini, taħt id-direzzjoni ta’ Marita Zammit Cassar
Il-Ħamis 2 t’Awwissu 2018 | Jum il-Benefatturi Ħajjin u Mejtin | It-Tielet Jum tal-Kwindiċina
7:15pm Quddiesa tal-Kwindiċina ppreseduta minn Dun Anton Teuma. Il-quddiesa tkun skont l-intenzjoni tal-benefatturi u l-parruċċani li mietu matul din l-aħħar sena, u għalhekk mistiedna b’mod partikulari l-familjari tagħhom.
Il-Ġimgħa 3 t’Awwissu 2018 | Jum il-Familja | Ir-Raba’ Jum tal-Kwindiċina
7:15pm Quddiesa tal-Kwindiċina ppreseduta minn Dun Anton Teuma. Għal din iċ-ċelebrazzjoni huma mistiedna l-koppji li żżewġu matul l-aħħar sena u dawk li qed jiċċelebraw il-25, l-40 u l-50 anniversarju taż-żwieġ tagħhom. Janima l-kant Mario Caruana. Wara jinżamm riċeviment fl-annexe tal-Katidral.
8:15pm Dawra bil-ferrovija għat-tfal kollha tal-parroċċa. Nitilqu minn Pjazza Savina. Biljetti jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali (21554101) u l-animaturi tat-tfal.
Is-Sibt 4 t’Awwissu 2018 | Jum il-Ħajja Ikkonsagrata | Il-Ħames Jum tal-Kwindiċina
7:15pm Quddiesa tal-Kwindiċina ppreseduta minn Dun Gerard Buhagiar bis-sehem tal-komunitajiet reliġjużi maskili u femminili u l-persuni kkonsagrati residenti fil-Belt Victoria.
8:30pm Oratorjo Mużikali Santa Marija, il-Mara l’Hi Sbuħija mtella’ mill-Fondazzjoni Santa Ċeċilja (Għawdex) f’kollaborazzjoni mal-Parroċċa tal-Katidral. Lirika ta’ Joe W. Psaila u mużika ta’ Antoine Mercieca. Jieħdu sehem is-soprani Rosabelle Bianchi, Ruth Portelli u Maria Cassar, il-mezzo sopran May Caruana, it-tenur Charles Vincenti u l-baritonu Louis Andrew Cassar. L-orkestra tkun taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Mro. Antoine Mercieca.
Il-Ħadd 5 t’Awwissu 2018 | Jum l-Adoloxxenti u ż-Żgħażagħ| Is-Sitt Jum tal-Kwindiċina
10:30am Quddiesa għaż-żgħażagħ u l-adoloxxenti tal-parroċċa ppreseduta minn Fr. Giovann Tabone MSSP li jwassal messaġġ fl-okkażjoni tal-festa. Jieħdu sehem l-għaqdiet taż-żgħażagħ fi ħdan il-Parroċċa u s-Soċjetà Leone. Janima l-kant Mario Caruana.
7:15pm Quddiesa tal-Kwindiċina ppreseduta minn Dun Gerard Buhagiar.
8:30pm L-Ikla Tradizzjonali tal-Festa quddiem is-sede tas-Soċjetà Leone fi Triq ir-Repubblika. Il-biljetti jinkisbu mis-Segretarjat tal-Każin u l-voluntiera tas-soltu (79800684).
Ritratt: Pix by P
It-Tnejn 6 t’Awwissu 2018 | Jum il-Vokazzjonijiet | Is-Seba’ Jum tal-Kwindiċina
7.15pm Quddiesa tal-Kwindiċina ppreseduta minn Dun Gerard Buhagiar fejn matulha ssir il-vestizzjoni tal-abbatini l-ġodda. Mistiedna t-tfal kollha tal-parroċċa. Wara jinżamm riċeviment għall-abbatini u l-ġenituri tagħhom fl-annexe tal-Katidral. Janima l-kant l-Aurora Youth Choir.
8:15pm Serata ta’ logħob għat-tfal u adoloxxenti tal-parroċċa organizzat mis-Shamrock Stars Sports Club fil-Pjazza tal-Katidral. Il-Biljetti jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokjali (21554101) u mingħand l-animaturi tat-tfal.
It-Tlieta 7 t’Awwissu 2018 | Jum il-Parroċċa tal-Katidral u s-Soċjetà Filarmonika Leone | It-Tmien Jum tal-Kwindiċina
9.00am Coffee Morning b’risq il-parroċċa fil-Każin tal-Banda Leone.
7:15pm Quddiesa tal-Kwindiċina ppreseduta mill-Arċipriet Mons. Joseph Sultana bis-sehem tal-kumitat, bandisti u l-fergħat tas-Soċjetà Filarmonika Leone. Janima l-kant l-Aurora Youth Choir.
8:15pm Fi Pjazza l-Katidral, A Song for Peace – Mini-Concert mill-Aurora Youth Choir, taħt id-direzzjoni ta’ Matthew Sultana. Ikun provdut seating għal kulħadd.
9.00pm Treasure Hunt madwar iċ-Ċittadella għall-adoloxxenti tal-parroċċa.
L-Erbgħa 8 t’Awwissu 2018 | Jum it-Tfal | Id-Disa’ Jum tal-Kwindiċina
7:15pm Fil-Pjazza tal-Katidral, quddiesa tal-Kwindiċina ppreseduta mill-Kappillan Dun Michael Said bis-sehem tat-tfal tal-parroċċa. Issir katekeżi għat-tfal animata bil-puppets mill-4Teenth Productions, Malta. Janima l-Aurora Youth Choir. Wara tinżamm festa-tfal fil-Pjazza tal-Katidral u fit-toroq taċ-Ċittadella. Logħob u pizza għat-tfal kollha.
Il-Ħamis 9 t’Awwissu 2018 | Jum l-Għaqdiet fi ħdan il-Parroċċa | L-Għaxar Jum tal-Kwindiċina.
7:15pm Quddiesa tal-Kwindiċina ppreseduta mill-Vigarju Ġenerali Mons. Arċidjaknu Tarcisio Camilleri. Mistiedna b’mod partikulari l-lajċi fi ħdan il-Komunità Ewkaristika, l-Azzjoni Kattolika, il-Leġjun ta’ Marija, il-Komunità Neokatekumenali, MUSEUM u l-grupp tal-Lectio Divina.
9:00pm Leone Band in concert | Festa edition: programm mużikali mill-Banda Ċittadina Leone quddiem il-Każin tal-Banda fi Triq ir-Repubblika. Fost xogħlijiet mużikali varji, il-kunċert jintemm bl-esekuzzjoni tal-innu l-kbir Per La Festa Di Maria Assunta In Cielo (1913) ta’ Orlando Crescimanno bis-sehem tat-tenur, baritonu u l-kor tat-tfal Aurora Youth Choir. Jidderieġi Colin Attard.
Min huwa nteressat jattendi huwa mħeġġeġ jirriserva post billi javviċina s-Segretarjat tal-Każin – 99130694 jew info@leone.org.mt.
Il-Ġimgħa 10 t’Awwissu 2018 | Jum il-Velja ta’ Santa Marija |Il-Ħdax-il Jum tal-Kwindiċina
Illum tiġi ċċelebrata biss il-quddiesa tas-6:00pm.
8:00pm Ħruġ tal-vara ta’ Santa Marija fil-bieb tal-Katidral. Velja ta’ Talb fi Pjazza Katidral bi tħejjija għas-solennità tal-Għid tal-Assunta.
10:30pm Rally kbir tal-Festa fil-Każin tal-Banda Leone.
Is-Sibt 11 t’Awwissu 2018 | L-Ewwel Jum tat-Tridu | It-Tnax-il Jum tal-Kwindiċina
5:00pm Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament taż-Żwieġ. (Ma tiġix iċċelebrata l-quddiesa tas-6:00pm).
6:30pm Kant solenni tat-talba tal-Għasar mill-W.R. Kapitlu Katidrali u Kurunella ta’ Santa Marija.
7:o0pm Konċelebrazzjoni solenni ppreseduta minn Dun Frans Refalo, Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Liborju f’Ruma, li qed ifakkar il-25 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Il-prietki tat-Tridu jsiru minn Dun Roberto Gauci.
8:15pm Kant tal-Antifona Hodie Maria Virgo u Barka Sagramentali minn Mons. Franġisk Sultana.
9:30pm Marċ mill-Banda Ċittadina Leone bl-istatwa ta’ Santa Marija (2008) li jgħaddi minn Triq Patri Ġjaċintu Camenzuli, Belliegħa, Dirjanu Lanzon, Sir Luigi Camilleri u Exchange.Wara, l-istatwa ta’ Santa Marija tittella’ fuq il-pedestall monumentali quddiem il-Każin, bid-daqq tal-Innu Marċ. Il-marċ jintemm bi spettaklu ta’ logħob tan-nar tal-art fi Triq ir-Repubblika.
Ritratt: Pix by P
Il-Ħadd 12 t’Awwissu 2018 | It-Tieni Jum tat-Tridu | It-Tlettax-il Jum tal-Kwindiċina
Illum fil-Katidral ikun hawn konfessuri barranin disponibbli għall-qrar bi tħejjija għal Jum Santa Marija. Ma nitilfux is-sens tal-festa u nqaddsu l-Għid tal-Assunta bi qrara tajba u tqarbina qaddisa.
6:30pm Kant solenni tat-talba tal-Għasar mill-W.R. Kapitlu Katidrali u Kurunella ta’ Santa Marija.
7:00pm Konċelebrazzjoni Solenni tat-Tieni Jum tat-Tridu ppreseduta minn Dun Vince Pavia li qed ifakkar il-25 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu.
8:15pm Kant tal-Antifona Hodie Maria Virgo u Barka Sagramentali minn Mons. Joe Bezzina.
9:30pm Marċ mill-Banda Leone u l-Banda Beland (Żejtun) minn Pjazza Savina lejn Triq Mons. Lwiġi Vella, Gedrin u Sant’Ursola. Lura fi Pjazza Savina, il-marċ jidħol bil-briju fi Pjazza Indipendenza (It-Tokk) u jinżel lejn il-Każin tal-Banda Leone fi Triq ir-Repubblika.
12:00am Il-marċ jintemm bil-kant tal-innu marċ, marċi brijużi, show awdjo-viżiv b’nar tal-ajru minn fuq il-bjut u street-party quddiem il-Każin fi Triq ir-Repubblika.
It-Tnejn 13 t’Awwissu 2018 | It-Tielet Jum tat-Tridu | L-Erbatax-il Jum tal-Kwindiċina
10:00am Quddiesa għall-morda u l-anzjani tal-parroċċa tagħna u residenti fid-djar tal-anzjani fil-Belt Victoria. Wara l-omelija jiġi amministrat is-Sagrament tad-dilka tal-morda.
Nappellaw lil dawk li għandhom l-anzjani u l-morda fi djarhom biex jagħmlulhom il-qalb u jkunu disponibbli biex jgħinuhom u jakkumpanjawhom sal-Katidral. Ejjew ma nċaħħdux lill-għeżież tagħna milli jinvistaw lil Santa Marija fil-Katidral tagħha. Aħna nagħmlu kull mezz biex il-Katidral ikun aċċessibbli f’dan il-jum aktar minn jiem oħra.
6:30pm Kant solenni tat-talba tal-Għasar mill-W.R. Kapitlu Katidrali u Kurunella ta’ Santa Marija.
7:00pm Konċelebrazzjoni Solenni tat-Tielet Jum tat-Tridu ppreseduta minn Mons. Anton Refalo, flimkien mas-saċerdoti tad-Djoċesi li qed ifakkru l-50 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tagħhom.
8:15pm Kant tal-Antifona Hodie Maria Virgo u Barka Sagramentali minn Mons. Ġużeppi Gauci.
9:00pm Marċ mill-Banda tas-Soċjetà Mużikali San Lawrenz (il-Birgu) li jibda mill-Każin tal-Banda Leone sa Pjazza Indipendenza (it-Tokk).
9:30pm Marċ mill-Banda Ċittadina Leone miċ-Ċentru Parrokkjali sal-knisja ta’ San Ġakbu fi Pjazza Indipendenza (it-Tokk).
9:30pm Marċ mill-Banda San Girgor (ta’ Kerċem) mill-Pjazza tal-Katidral lejn Pjazza Indipendenza.
10:00pm Il-Banda Ċittadina Leone ssellem lill-istatwa ta’ Santa Marija (1956) fuq iz-zuntier tal-knisja ta’ San Ġakbu bid-daqq tal-innu marċ ‘Lil Santa Marija Assunta’ u wara takkumpanjaha f’dimostrazzjoni tradizzjonali madwar it-toroq prinċipali tal-Belt Victoria.
10:00pm Marċ mill-Banda Santa Marija (iż-Żebbuġ) minn Pjazza Savina li wara takkumpanja d-dimostrazzjoni mal-Banda Ċittadina Leone fit-toroq tal-Belt Victoria.
10:15pm Sfilata ta’ marċi mill-Banda tas-Soċjetà Mużikali San Lawrenz (il-Birgu) u l-Banda San Girgor (Ta’ Kerċem) fi Pjazza Indipendenza (it-Tokk). Iż-żewġ baned isellmu lill-istatwa ta’ Santa Marija (1956) fi Triq ir-Repubblika f’nofsillejl.
12:30am Wasla tad-dimostrazzjoni lura fi Pjazza Indipendenza (it-Tokk) u tlugħ solenni u devot tal-istatwa ta’ Santa Marija fuq il-pedestall bil-kant tal-Ave Maria u l-innu marċ. Wara, spettaklu ta’ nar minn fuq il-bjut fi Pjazza Indipendenza (it-Tokk).
It-Tlieta 14 t’Awwissu 2018 | Vġili tal-Għid tal-Assunta | Il-Ħmistax-il Jum tal-Kwindiċina
8:00am Konċelebrazzjoni Solenni mir-Rev.mu Kapitlu Katidrali. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni jitkanta t-Te Deum f’għeluq il-kwindiċina.
10:00am Quddiesa speċjali għat-tfal kollha tal-parroċċa u l-familji tagħhom mill-Arċipriet Mons. Joseph Sultana bis-sehem tal-Aurora Youth Choir.
11:00am Il-parata tat-tfal bil-bandiera tal-Każin tal-Banda Leone bl-akkumpanjament tal-Banda Ċittadina Leone mill-Katidral sal-Każin.
12:00pm Party għat-tfal kollha u riċeviment tal-festa għall-mistednin distinti tas-Soċjetà Filarmonika Leone.
5:30pm Marċ mill-Banda Ċittadina Leone miċ-Ċentru Parrokkjali sal-Katidral bl-akkumpanjament tal-paljijiet tat-tiġrijiet tradizzjonali tal-bhejjem. Skont it-tradizzjoni, il-paljijiet jitwaħħlu fit-tieqa tas-sagristija tal-Katidral għall-wiri.
6:00pm Translazzjoni Pontifikali tar-Relikwija tal-Madonna ppreseduta mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech bis-sehem tar-Rev.mu Kapitlu Katidrali. Il-Banda Ċittadina Leone ssellem it-translazzjoni bid-daqq tal-innu marċ waqt li l-Vampa Organisations taħraq spettaklu ta’ nar tal-ajru. Ċelebrazzjoni Pontifikali tal-Ewwel Għasar tas-Solennità, kant tas-Salve, Litanija tal-Madonna, Antifona u Barka Ewkaristika.
7:30pm Konċelebrazzjoni Solenni tal-Vġili tas-Solennità ppreseduta mill-Vigarju Ġenerali Mons. Arċidjaknu Tarcisio Camilleri bl-omelija mill-Arċipriet Mons. Joseph Sultana f’għeluq it-43 anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-inkwatru titulari ta’ Santa Marija (1975).
9:30pm Marċ trijonfali ta’ Lejlet il-Festa matul Triq ir-Repubblika bis-sehem tal-Banda Ċittadina Leone u l-Banda San Sebastjan tas-Soċjetà Mużikali Pinto (Ħal Qormi). Il-marċ jiftaħ bi spettaklu ta’ nar tal-ajru minn fuq il-bejt tal-każin. Sorpriżi mistennija tul Triq ir-Repubblika.
12:30am Il-Banda Ċittadina Leone twassal il-marċ trijonfali sa Pjazza Savina, fejn isir għeluq spettakolari ta’ nar sinkronizzat mal-mużika organizzat mill-Għaqda Żgħażagħ Iljuni f’kollaborazzjoni mal-Vampa Organisations.
F’dan il-jum speċjali l-quddies ikun iċċelebrat f’dawn il-ħinijiet: 4:00am, 5:00am, 6:00am, 7:00am, 8:00am, 9:00am (Pontifikal), 11:00am, 12:00pm, 5:00pm u 8:00pm. Ikun hemm ukoll is-servizz tal-qrar il-ħin kollu.
Matul dan il-jum inħeġġukom iżżuru l-Wirja ta’ Santa Marija fil-Villa Rundle. Huma eluf ta’ Għawdxin u Maltin li jiġu jżuru din il-wirja, parti integrali mill-festa ta’ Santa Marija ta’ Għawdex li norganizzaw aħna.
8:00am Quddiesa għall-voluntiera tal-Vampa Organisations fuq il-Għolja ta’ Gelmus.
9:00am Konċelebrazzjoni Pontifikali Solenni ppreseduta mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex flimkien mar-Rev.mu Kapitlu Katidrali, il-Presbiterju Parrokkjali, ir-Reliġjużi tal-Belt Victoria u s-Seminaristi tad-Djoċesi. Mons. Isqof jinseġ omelija ta’ tifħir lill-Assunta. Fi tmiem il-Pontifikal jiġi mogħti Ġieħ il-Parroċċa tal-Katidral u Mons. Isqof jagħti l-Barka Appostolika bir-rebħ tal-Indulġenza Plenarja. Tiġi esegwita l-Missa in Solemnitate Sanctae Mariae Assumptae ta’ Joseph Sammut.
11:00am Marċ popolari u tradizzjonali fil-qalba tal-Belt Victoria bis-sehem tal-Baned 12th May (Ħaż Żebbuġ) u l-Banda San Ġużepp (Ħal Għaxaq).
11:30am Tqassim ta’ premjijiet fil-wirja ta’ Santa Marija fil-Ġnien Villa Rundle.
2:30pm Tiġrijiet Nazzjonali u Tradizzjonali tal-Bhejjem. Wara jsir it-tqassim ta’ premjijiet mill-Onor. Dr. Justyne Caruana, Ministru għal Għawdex, l-Onor. Clint Camilleri, Segretarju Parlamentari u Dr. Samuel Azzopardi, Sindku tal-Belt Victoria.
5:00pm Quddiesa minn Mons. Joseph Curmi, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ (il-Belt Victoria).
6:00pm Kant Solenni tat-Tieni Għasar tas-Solennità mir-Rev.mu Kapitlu Katidrali.
6:00pm Marċ mill-Banda Victory (ix-Xagħra) miċ-Ċentru Parrokkjali sal-Pjazza tal-Katidral.
6:45pm Ħruġ Solenni tal-Purċissjoni bl-istatwa devota u artistika ta’ Santa Marija bis-sehem tar-Rev.mu Kapitlu u Kleru tal-Katidral, Reliġjużi u Seminaristi. Il-Banda Ċittadina Leone ssellem lil Santa Marija bl-innu reliġjuż Warda Sbejħa tar-Rebbiegħa (1992) ta’ Colin Attard u wara tesegwixxi l-Innu Immortali Per La Festa Di Maria Assunta In Cielo (1913) ta’ Orlando Crescimanno, fuq versi tal-Professur Ramiro Barbaro di San Giorgio. Ħruq tan-nar tal-ajru mill-Vampa Organisations fuq il-Għolja ta’ Gelmus. Il-Banda Ċittadina Leone takkumpanja l-purċissjoni solenni bid-daqq ta’ marċi reliġjużi u innijiet marjani.
8:00pm Marċ mill-Banda San Ġużepp (Għajnsielem) mill-każin tal-Banda Leone sal-Pjazza tal-
Katidral fejn tesegwixxi programm mużikali taħt id-direzzjoni tas-Surmast Frankie
Debono.
8:00pm Programm mużikali mill-Banda Victory (ix-Xagħra) fi Pjazza Indipendenza (it-Tokk) taħt
id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Galea.
10:00pm Spettaklu meraviljuż u singulari tal-logħob tan-nar tal-ajru minn fuq il-Għolja ta’ Gelmus,
ikkoordinat mill-Vampa Organisations.
10:30pm Tislima lill-Assunta mill-poplu Għawdxi kollu, flimkien mal-Maltin u l-barranin miġburin fiċ-Ċittadella, fid-dħul solenni u devot tagħha. Isir aux flambeaux u barka ewkaristika fil-Pjazza tal-Katidral. Wara, dħul solenni tal-istatwa ta’ Santa Marija lura fil-Katidral.
11:00pm Marċ tal-aħħar mill-Banda Ċittadina Leone miċ-Ċentru Parrokkjali, madwar Pjazza Indipendenza (it-Tokk), titniżżel l-istatwa ta’ Santa Marija tad-dimostrazzjoni (1956) minn fuq il-pedestall tagħha u lura lejn iċ-Ċentru Parrokkjali li jwassal il-festi esterni ta’ Santa Marija fi tmiemhom.
Il-Ħadd 19 t’Awwissu 2018 | Jum ta’ Radd il-Ħajr
10:30am Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr mill-Arċipriet Mons. Joseph Sultana bis-sehem tal-Aurora Youth Choir. Wara jsir id-dħul tal-istatwa ta’ Santa Marija fin-niċċa fost il-kant tal-innijiet Marjani.
Notamenti
Quddies u Sagramenti
Ejjew nieħdu sehem fl-attivitajiet kollha u ma nħallux barra s-Sagramenti.Id-devoti awtentiċi u n-nies tal-festa għandhom iħossu l-bżonn li jersqu bis-sinċerità għas-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin.
Trasport
Il-Parroċċa tkompli tgħin lill-membri tagħha billi tipprovdi trasport kuljum fis-6:30pm. Min ikun jeħtieġ dan is-servizz huwa ġentilment mitlub jinforma l-Uffiċċju Parrokkjali fuq 2155 4101.
Mużika
Il-mużika tat-Tridu u tal-jiem tal-Festa tkun taħt it-tmexxija ta’ Colin Attard, Maestro di Cappella, bis-sehem tas-solisti, il-Chorus Ecclesiae Cathedralis u l-Orkestra tal-Kappella Katidrali. Fil-jiem tat-Tridu jiġi esegwit l-Innu O Prima Virgo ta’ Ġanni Vella u l-Antifona Hodie Maria Virgo (1842) ta’ Cesare Vassallo.
L-ewwel jum tat-Tridu: Tiġi esegwita l-Gratia Plena ta’ Licinio Refice.
It-tieni jum tat-Tridu: Tiġi esegwita l-Missa Papa Giovanni XXIII tal-Profs. Joseph Vella.
It-tielet jum tat-Tridu: Tiġi esegwita l-Missa Brevis In Honorem Joannis Pauli II ta’ Colin Attard.
Lejlet Santa Marija: Jiġi esegwit l-Ewwel Għasar Pontifikali flimkien mas-Salve Regina u l-Litanija Lawretana.
Pontifikal nhar Santa Marija: Tiġi esegwita l-Missa in Solemnitate Sanctae Mariae Assumptae u Magnificat ta’ Joseph Sammut, l-innijiet Warda Sbejħa tar-Rebbiegħa u Is-Sultana tal-Paċi ta’ Colin Attard u l-antifona Hodie Maria Virgo (1842) ta’ Cesare Vassallo.
Filgħaxija jiġi esegwit it-Tieni Għasar tas-Solennità.
Fid-9 u fil-15 t’Awwissu, il-Banda Ċittadina Leone tesegwixxi l-Innu Immortali Per La Festa Di Maria Assunta In Cielo (1913), l-eqdem Innu Kbir li għadu jeżisti u jindaqq fil-festi Għawdxin, kompożizzjoni tas-Surmast Orlando Crescimanno, fuq versi tal-Prof. Ramiro Barbaro di San Giorgio, bis-sehem tal-kor, Charles Vincenti (Tenur) u Alfred Camilleri (Baritonu), taħt id-direzzjoni tas-surmast Colin Attard.
Xandir
Għal ħutna l-emigranti u dawk kollha li għal xi raġuni ma jistgħux ikunu preżenti għall-funzjonijiet tal-knisja u ċ-ċelebrazzjonijiet esterni, il-Festa ta’ Santa Marija, flimkien ma’ programmi oħra ta’ attwalità, storja, kultura u fidi, ikunu mxandra fuq Radju Katidral – 90.9FM stereo. Xi funzjonijiet ikunu wkoll live-streamed fuq l-internet fuq is-sit www.radjukatidral.com. Ritratti, kontribuzzjonijiet fil-kitba u informazzjoni oħra jinstabu wkoll fuq is-sit tal-internet www.leone.org.mt.
It-Tifkiriet tal-Festa
Il-Festa ta’ Santa Marija tibqa’ ħajja fit-tifkiriet li ħafna għaqdiet u fergħat joħorġu b’numri limitati, ħafna drabi b’interess partikolari għall-kollezzjonisti. Fost dawn insibu r-rivista annwali Il-Għid tal-Assunta maħruġa mill-Parroċċa tal-Katidral u l-Ktieb Festa Santa Marija 2018 mis-Soċjetà Filarmonika Leone, programmi ta’ tifkira mill-fergħat tal-festa u flokkijiet tal-festa. Barra milli jgħinu finanzjarjament fil-festa jkomplu jkattru l-popolarità tal-festa u d-devozzjoni lejn Santa Marija.
Opri Ġodda mill-Parroċċa tal-Katidral
Opri Ġodda mill-Għaqda Armar Santa Marija fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Leone
Dan il-programm huwa suġġett għal tibdil li jitħabbar fil-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-Parroċċa:
il-bullettin tal-Ħadd, Radju Katidral, is-sit tal-internet u l-avviżi waqt il-quddies.