Elezzjoni: Sejħa għall-Kandidati

07. 12. 2017
Servizz f’Santa Luċija
07. 12. 2017
F’jum il-Festa tal-Immakulata
08. 12. 2017
 

Wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali, imiss issa l-elezzjoni għall-Kumitat Ċentrali u l-Kummissjoni Banda. 

Wara li nhar it-Tnejn 4 ta’ Diċembru 2017 għalqet il-Laqgħa Ġenerali Annwali, il-Kummissjoni Elettorali qiegħda ssejjaħ għan-nomini ta’ kandidati għall-elezzjoni tal-membri tal-kumitat ċentrali tas-Soċjetà Filarmonika Leone u l-Kummissjoni tal-Banda Ċittadina Leone. 
 
 
Kumitat
 
Skont l-istatut, il-Kummissjoni Elettorali qiegħda tilqa’ n-nomini għal dawn il-karigi:
 
1) President         
2) Segretarju         
3) Kaxxier         
4) Kordinatur tal-Banda         
5) Prokuratur tal-Festa
6) Direttur tal-Każin         
7) Manager tat-Teatru         
8) Rappreżentant tal-Fergħat
 
Il-Kordinatur tal-Banda li jiġi elett fil-kumitat, awtomatikament iservi fil-Kummissjoni Banda.
 
Ladarba jiġu eletti l-persuni f’dawn il-karigi, fl-ewwel laqgħa tal-kumitat, l-uffiċċjali jkollhom il-fakulta jaħtru assistenti tal-fiduċja tagħhom skont kif jistipula l-istatut. Dawn jiġu approvati mill-bqija tal-membri eletti.
 
 
Kummissjoni Banda
 
Bl-emendi li saru fl-istatut, il-Kummissjoni Elettorali qiegħda wkoll tilqa’ n-nomini għal persuni – sewwa bandisti u sewwa mhux bandisti (sakemm huma soċji tesserati) biex iservu fil-Kummissjoni Banda.
Kull kandidat li jġib 50% +1 tal-voti fil-Kummissjoni Banda, jiġi elett u għalhekk jista’ jkun hemm numru mhux limitat ta’ membri fil-Kummissjoni Banda. Ma’ dawk eletti fil-Kummissjoni Banda jiżdiedu l-President, Segretarju u Kordinatur tal-Banda. Mill-membri eletti fil-Kummissjoni Banda jinħatru Viċi-Chairman li jservi fil-Kumitat Ċentrali bħala Viċi-President, Ass.t Segretarju li jservi wkoll fil-Kumitat Ċentrali bħala membru, Ass.t Kordinatur tal-Banda, Kaxxier tal-Kummissjoni, Arkivista u Ass.t tiegħu u avviżatur.
 
 
Nomini u Votazzjonijiet: Dati u ħinijiet
In-nomini jintlaqgħu fl-Uffiċċju tas-Segretarju sat-Tnejn 11 ta’ Diċembru 2017 fis-7pm.
 
Nomini ġew estiżi sal-Ħamis 14 ta’ Diċembru 2017, 23.59hrs sabiex ikun hemm perjodu itwal li fih jintlaqgħu aktar nomini. 
 
 Wieħed jista’ anki jħalli l-formola tan-nomina fil-kaxxa tal-ittri tal-każin sa din id-data. Il-votazzjoni, bi qbil fil-Laqgħa Ġenerali Annwali se jsir nhar is-Sibt 16 ta’ Diċembru mis-6pm sat-8pm, il-Ħadd 17 ta’ Diċembru mid-9am sal-10.30am u mill-5pm sas-7pm. In-nomini jistgħu jsiru fuq formoli apposta li jinġabru mill-Każin.
Il-Kummissjoni Elettorali tħabbar l-ismijiet tal-kandidati li jkunu xetħu n-nomina tagħhom il-ġimgħa d-dieħla wara li dawn jiġu evalwati u aċċettati. Il-Kummissjoni Elettorali hija komposta mic-chairman Anton F. Attard u s-sinjuri Mariella Sultana u Anna Attard.