Servizz f’Santa Luċija

07. 12. 2017
Tkomplija – Laqgħa Ġenerali Annwali 2017
03. 12. 2017
Elezzjoni: Sejħa għall-Kandidati
07. 12. 2017
 

Għal sena oħra, il-Banda Ċittadina Leone b’servizz fil-Purċissjoni tal-Festa ta’ Santa Luċija.

Nhar il-Ħadd 10 ta’ Diċembru 2017, il-Banda Ċittadina Leone se tiltaqa’ fil-Każin tal-Banda Leone fil-5pm sabiex taqbad it-trasport lejn l-irħajjel ta’ Santa Luċija. Is-servizz ta’ din il-festa jibda b’marċ minn Triq Bir Rix fil-5.15pm, li jsegwi b’purċissjoni fil-5:30pm li ddur mat-toroq tal-madwar.
 
Il-Banda Leone ddoqq l-innu marċ Lil Santa Luċija Verġni u Martri ta’ Colin Attard u l-marċi reliġjużi tal-purċissjoni ta’ Vincenzo Ciappara.