Din l-elezzjoni saret fis-Sala Dr Francesco Masini fil-Każin tal-Banda Leone, li għaliha kienu eleġibbli għall-vot il-bandisti, membri tal-kumitat, kapijiet tal-fergħat u onorarji. Il-Kummissjoni Elettorali kienet komposta minn Anton F. Attard bħala Chairman, Anna Attard u Mariella Sultana bħala membri.
Il-Kumitat Ċentrali elett minn din l-elezzjoni huwa hekk kif ġej:
President | Dr Michael Caruana LL.D. |
Segretarju | Thomas Bajada |
Kaxxier | Joseph Abela (Ġużi) |
Prokuratur tal-Festa | Roderick Cordina |
Kordinatur tal-Banda | Anton Portelli |
Direttur tal-Każin | Silvan Grima |
Manager tat-Teatru | Gilbert Haber |
Rappreżentant tal-Fergħat | Gordon Grech |
Il-Kumitat Ċentrali elett għandu jiltaqa’ fil-jiem li ġejjin sabiex jaħtar l-assistenti u karigi fi ħdan is-Soċjetà hekk kif stipulat mill-istatut.
Il-Kummissjoni Banda eletta minn din l-elezzjoni hija hekk kif ġejja:
Apap Colin |
Apap Paul |
Attard Josef |
Azzopardi Anton |
Borg Daniel |
Gauci Joseph |
Grech Alfred |
Grech Edward |
Portelli Aldo |
Portelli Joseph |
Thewma Jack |
Il-Kummissjoni Banda eletta għandha tiltaqa’ fil-jiem li ġejjin sabiex jitqassmu l-irwolijiet fi ħdan l-istess Kummissjoni. Minn din il-Kummissjoni, il-Viċi-Chairman u Viċi-Segretarju jidħlu awtomatikament fi ħdan il-Kumitat Ċentrali. B’hekk, il-Kumitat Ċentrali ikun komplet.