Il-Kunċert Annwali Leone Band in Concert jikkommemora l-proklamazzjoni tad-Domma tal-Assunta li kien ipproklama il-Papa Piju XII nhar l-1 ta’ Novembru 1950. Huwa fatt storiku li dan il-kunċert annwali ttella’ l-ewwel darba fl-istess jum tal-proklamazzjoni sabiex jiċċelebra din il-ġrajja fi Pjazza Indipendenza. Huwa fatt ta’ unur, li dan il-kunċert baqa’ jittella’ għal 68 sena sħaħ sabiex jibqa’ jiġi mfakkar dan il-fatt.
Din is-sena, dan il-Kunċert se jittella’ nhar is-Sibt 3 ta’ Novembru 2018, fit-8PM, ġewwa l-Katidral tal-Assunta. Dan il-kunċert se jkun parti mill-programm t’attivitajiet Lejl Imkebbes fiċ-Ċittadella. Il-Kunċert Leone Band in Concert se jkun qed jamalgama mużika klassika ta’ diversi kompożituri rinomati, fosthom siltiet mużikali antiki mill-arkivji rikki tal-mużika tal-Banda Ċittadina Leone. Is-Soċjetà hija kommessa li, bħalma għamlet għal 155 sena sħaħ, tibqa’ tagħti lis-soċjetà in ġenerali, produzzjonijiet artistiċi ta’ kwalità għolja.
Filwaqt li d-dħul huwa b’xejn, tesserati huma mħeġġa jirriservaw il-postijiet tagħhom billi jibgħatu email fuq info@leone.org.mt jew sms fuq 99130694.