Hekk kif wasalna għal għeluq is-sena amministrattiva tas-Soċjetà Filarmonika Leone, se ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali sabiex jiġu approvati r-rapport, isiru emendi neċessarji u diskussjonijiet important dwar il-ħidma tas-Soċjetà. Bandisti u Tesserati huma mħeġġin sabiex ikunu parteċipi f’din il-laqgħa ġenerali annwali sabiex flimkien niddiskutu dwar din is-sena amministrattiva li għaddiet u nħarsu ‘l quddiem lejn il-futur tas-Soċjetà tagħna.
Filwaqt li l-Bandisti, membri tal-Kumitat u kapijiet tal-fergħat għandhom id-dritt tal-vot importanti, it-tesserati huma mistiedna jattendu u jkunu parti minn din il-laqgħa.
Emendi għall-istatut għandhom jaslu għand is-Segretarju fuq info@leone.org.mt jew bl-idejn sat-Tlieta 6 ta’ Novembru 2018. Dawn għandhom ikunu ffirmati minn żewġ votanti.
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali se tkun fuq żewġ sessjonijiet nhar is-Sibt 10 ta’ Novembru 2018 fis-7PM u nhar il-Ħadd 11 ta’ Novembru 2018 fid-9PM.