Tibdil fil-programm taċ-ċelebrazzjonijiet tad-29 t’April
Id-data tad-29 t’April 1956, għas-Soċjeta Filarmonika Leone u l-Parroċċa tal-Katidral hija waħda storika u għażiża għaliex tfakkar ir-rabta dejjiema bejn iż-żewġ entitajiet li ġiet issiġillata bl-għoti tal-vara devota ta’ Santa Marija Assunta mill-Banda Leone t’Għawdex lill-knisja Katidrali. Filfatt, dan l-anniversarju jiġi ċċelebrat ta’ kull sena b’numru ta’ attivitajiet reliġjużi, mużikali u soċjali.
Hekk ukoll kien imiss din is-sena. Iżda fiċ-ċirkustanzi tal-mewt tal-Qdusija Tiegħu, il-Papa Franġisku, is-Soċjetà Filarmonika Leone qiegħda tħassar is-servizz ta’ marċ brijuż li kien ippjanat għal nhar il-Ħadd 27 t’April filgħodu. Għalhekk, il-programm aġġornat ta’ attivitajiet jaqra hekk:
Il-Ħadd 27 t’April 2025
12:00pm Ikla tal-Festa tad-29 t’April fil-Każin tal-Banda Leone, ikkordinata minn Żgħażagħ Iljuni, b’servizz tal-Blue Lion Gastro Bar. Biljetti €28 għall-kbar, €25 għas-Soċji u €15 għat-tfal mingħand Tereża Grima (79551419), Marcella Cordina (79800684), Jake Sacco (79251390) jew Daniel Borg (79241515).
It-Tnejn 28 t’April 2025
5:30pm Kunċert mill-Alljievi tal-Banda Ċittadina Leone u l-Aurora Youth Choir fis-Sala 29 t’April 1956 fil-Każin tal-Banda Leone. Dħul b’xejn. Il-pubbliku huwa mistieden.
6:30pm Attività għat-tfal kollha fil-każin tal-Banda Leone b’logħob, ikel u xorb. Tingħata tifkira tal-okkażjoni. Ġenituri mitluba jerfgħu postijiet għal uliedhom billi javviċinaw lil Mariella Sultana (79260876).
It-Tlieta 29 t’April 2025 – JUM ID-DONAZZJONI
7:00pm Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fil-Katidral ta’ Għawdex bis-sehem tal-Leone Youth Ensemble, l-Aurora Youth Choir u l-Komunità Parrokkjali. Il-parruċċani u l-partitarji mħeġġa jattendu. Għal din l-okkażjoni, il-vara ta’ Santa Marija tkun esposta fil-korsija tal-Katidral.
L-Erbgħa 7 ta’ Mejju 2025 – L-EWWEL ERBGĦA TA’ SANTA MARIJA
6:30pm Talba tar-Rużarju Mqaddes
7:00pm Konċelebrazzjoni solenni tal-Ewwel Erbgħa ta’ Santa Marija
8:00pm Adorazzjoni Ewkaristika fis-skiet, talba ta’ għeluq il-jum
8:30pm Quddiesa tal-Erbgħat
Is-Soċjetà Filarmonika Leone tħeġġeġ lill-partitarji tagħha sabiex jinġabru fil-Katidral ta’ Għawdex, għada, l-Erbgħa 23 t’April 2025 fil-quddiesa de requiem li se ssir mid-Djoċesi għal ruħ Papa Franġisku fis-7pm. Nirrikmandaw lil ruħu lill-ħniena infinita tal-Missier u niftakru fih fit-talb tagħna.