Tislima lil Dr Francis Zammit Dimech

PRO
24. 04. 2025
L-Anniversarju storiku tad-29 t’April 1956 – tibdil fil-programm taċ-ċelebrazzjonijiet
22. 04. 2025
Photo Album: Purċissjoni Ġimgħa l-Kbira
25. 04. 2025

Miet fl-età ta’ 70 sena nhar it-Tnejn mal-Papa Franġisku. Il-funeral tiegħu llum.


Is-Soċjeta Filarmonika Leone llum issellem lil Dr Francis Zammit Dimech f’jum il-funeral tiegħu. Imwieled fl-1954, minn San Ġiljan, Dr Zammit Dimech kien politiku, avukat u akkademiku. Serva fil-Parlament ta’ Malta bejn l-1987 u l-2017 u fil-Parlament Ewropew bejn l-2017 u l-2019. F’dawn is-snin serva bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin, Ministru għat-Turiżmu u l-Kultura, għall-Ambjent u anke għat-Trasport u l-Komunikazzjoni.

F’dawn l-aħħar snin, kien maħtur bħala Aġent President ta’ Malta. Kemm fil-ħajja tas-servizz pubbliku u kemm bħala ċittadin privat, Dr Zammit Dimech kien sostenitur tal-arti u l-kultura, partikolarment tal-opra fl-Aurora. Filfatt kien wieħed mill-ftit politiċi li wara l-ħajja pubblika tagħhom kien għadu jixtri l-biljetti tiegħu u jattendi għall-opri fl-Aurora fost il-pubbliku. Kien dejjem ta’ pjaċir kbir li nilqgħuh fostna. Is-Soċjeta Filarmonika Leone tibqa’ rikonoxxenti għall-għajnuna u l-appoġġ tiegħu lill-arti u lill-voluntiera fi ħdanna.

Il-funeral ta’ Dr Zammit Dimech isir illum fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, fil-Balluta, Malta.
Jagħtih il-Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.