Il-Banda msejħa
Issa li wasalna fl-aħħar ġimgħa ta’ Marzu, u allura beda anki jitnaqqar l-aħħar xahar qabel l-Għid il-Kbir (li dis-sena jaħbat fl-20 t’April), il-Kummissjoni Banda, l-Arkivji Mużikali u s-Segretarjat tas-Soċjetà qed jagħmlu l-aħħar tħejjijiet tagħhom biex tissejjaħ il-Banda għall-provi tagħha – dawk li fi lsienna jissejħu “il-kunċerti”.
Filfatt, f’ċirkulari li ntbagħtet f’dawn l-aħħar ġranet, il-bandisti issa ġew imsejħa għall-provi tagħhom skont din l-iskeda:
It-Tlieta 1 t’April – kunċert preparatorju għall-marċi funebri tal-purċissjoni
Il-Ħamis 3 t’April – kunċert preparatorju għall-programm ta’ mużika sagra
Il-Ħamis 10 t’April – kunċert preparatorju għall-programm ta’ mużika sagra
It-Tnejn 14 t’April – kunċert ġenerali
It-Tlieta 15 t’April – Programm ta’ Mużika Sagra fil-Katidral: Spes Unica
Il-kunċerti preparatorji jibdew dejjem fis-7:30pm u jsiru fuq il-palk tat-Teatru tal-Opra Aurora. Il-bandisti tal-post huma lkoll imħeġġa sabiex jattendu bi ħġarhom.
Għall-Partitarji
Sadanittant, il-partitarji huma lkoll imħeġġa sabiex jerfgħu l-postijiet tagħhom għall-programm tal-mużika sagra tal-15 t’April – it-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa. Dan jistgħu jagħmluh billi jċemplu jew jibagħtu messaġġ fuq +356 79045779, email fuq teatruaurora@leone.org.mt jew inkella jidħlu fuq il-website www.teatruaurora.com/event/spes-unica-2025.
Fl-istess waqt, il-partitarji huma wkoll imħeġġa sabiex jieħdu sehem u jsegwu l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Katidral ta’ Għawdex, li din is-sena toħroġ fil-jum proprju tagħha, nhar il-Ġimgħa l-Kbira 18 t’April 2025. It-Tifkira tal-Passjoni ta’ Sidna Ġesu Kristu fil-Katidral tibda fit-3pm u mbagħad il-purċissjoni tibda ħierġa fis-6pm.
L-aħħar servizz tal-Banda Leone f’dawn il-festi mbagħad ikun bid-dimostrazzjoni popolari ta’ Kristu Rxoxt f’Ħadd il-Għid filgħodu wara l-quddiesa tal-10am.