Nomini – Elezzjoni Kumitat Centrali 2020-22

21. 11. 2020
Laqgħa Ġenerali Annwali 2020
21. 10. 2020
Kumitat Ċentrali 2021
30. 12. 2020
 
 

Sejħa għan-nomini għall-elezzjoni tal-Kumitat Centrali 2020-22

Wara l-għeluq tal-Laqgħa Ġenerali Annwali 2020, il-Kummissjoni Elettorali, komposta minn Anna Attard, Jana Gatt, Elena Sultana, Samantha Vella u Julia Vella qed tiftaħ is-sejħa għan-nomini għall-elezzjoni tal-kumitat ċentrali għall-perjodu amministrattiv 2020-2022.

Il-formula tan-nomini għandhom jinġabru mill-ewwel sular  jew hawn. Persuni li joħorġu għal din l-elezzjoni għandhom ikunu tesserati tas-Soċjetà Filarmonika Leone għas-sena 2020. Kandidati għandhom ikunu nnominati u ssekondati minn bandist jew membru tal-kumitat, flimkien mal-firma tal-kandidat innifsu.

Dawn in-nomini għandhom jintefgħu ġo kaxxa fl-ewwel sular tal-Każin tal-Banda Leone quddiem il-bieb tat-Teatru sat-Tlieta 24 ta’ Novembru 2020, 6:30pm.

L-Elezzjoni tal-Kumitat Ċentrali se ssir nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru bejn 6:30-8:00pm u s-Sibt 28 ta’ Novembru bejn 10:00-12:00 u 7:00 u 8:30pm.