Sabiex tqajjem kunxjenza dwar il-bżonn li nħarsu l-ambjent, ilbieraħ intefew id-dwal li jilluminaw il-faċċata tat-Teatru tal-Opra Aurora fi Triq ir-Repubblika, Rabat, Għawdex. Barra minn hekk, ġiet organizzata ikla fil-Foyer tat-Teatru għad-dawl tax-xemgħa.
Dan sar fit-8:30pm, bil-perjodu jtul siegħa, flimkien ma’ diversi binjiet prominenti f’diversi ibliet fl-Ewropa u f’pajjiżi oħra madwar id-dinja, fosthom il-Houses of Parliament fl-Londra u l-Empire State Building fi New York. Is-Soċjetà u t-Teatru se jkomplu l-isforzi sabiex jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent.