Joseph Debrincat b’suċċessi mill-Albanija.

25. 04. 2017
Offerti għall-kiri tal-bar u ristorant
21. 03. 2017
Għada d-29 t’April, biex infakkru u niċċelebraw
28. 04. 2017

L-Assistent Surmast Joseph Debrincat jidderieġi kunċert sinfoniku fl-Albanija. 

Fil-ġranet li għaddew, l-Assistent Surmast tal-Banda Leone Joseph Debrincat kien mistieden fl-Albanija sabiex jidderieġi kunċert sinfoniku bl-orkestra sinfonika E Radio Televizionit Shqiptar. Dan il-kunċert ġie ppreżentat nhar il-Ġimgħa 21 ta’ April 2017 fl-Universita tal-Arti ta’ Tirana, il-kapitali Albaniża.

Il-programm kien jinkludi l-poema sinfonika “Ir-Rebbieħa” tal-kompożitur Malti, il-Prof. Joseph Vella, il-Concerto for Piano in A Minor (Op. 16) ta’ Edward Grieg, interpretat mill-pjanista Silvana Skenderi, u s-Sinfonija numru 9 (in E minor), ta’ Antonin Dvorak.
 
Il-kunċert kellu coverage u promozzjoni tajba ħafna kemm fit-toroq tal-kapitali Albaniża kif ukoll fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali u nazzjonali li anki kellhom intervisti mas-surmast direttur Debrincat innifsu li kien ilu Tirana għall-provi mal-orkestra minn Ħadd il-Għid.
 
Is-Soċjeta Filarmonika Leone tifraħ u tikkumplimenta lil Josef Debrincat għal dan is-suċċess ieħor tiegħu fil-karriera mużikali tiegħu, tkompli tagħmmillu l-qalb u twiegħdu l-appoġġ sħiħ tagħha. Debrincat, li huwa bandist residenti mal-Banda Leone, kemm il-darba dderieġa lill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali anki fit-Teatru tal-Opra Aurora f’kunċerti u serati produzzjoni tal-Classique Foundation li tagħha huwa fundatur u direttur artistiku.
 
Ritratt ta’ Paul Rapa