Is-Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863 tar-Rabat, Għawdex qiegħda tilqa’ l-offerti sabiex jinkera l-bar fis-sede tagħha fi Triq ir-Repubblika, Rabat, Għawdex. L-Offerti għandhom jitwasslu fl-uffiċċju tas-Segretarju mhux aktar tard minn nofsinhar tat-2 ta’ Mejju 2017 u għandhom ikunu f’envelope issiġillat immarkat “Offerta għall-Bar & Restaurant”.
Kull offerta għandha tkun akkumpanjata bi proposta dwar kif għandu jsir ir-refurbishment tal-bar area u tal-apparat ta’ ġo fih u dwar kif il-post jista’ jiġi konvertit f’ristorant. Offerti mingħajr tali proposti jiġu awtomatikament skwalifikati. Is-sidien iżommu dritt li jirrifjutaw kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġjuża mingħajr ma jkollhom għalfejn jagħtu raġunijiet għal tali rifjut. L-offerent li jintgħażel ikun irid jiffirma l-ftehim anness ma’ din l-offerta; b’dan illi s-sidien iżommu d-dritt li jemendaw kwalunkwe klawsola ta’ dan il-ftehim qabel isir il-ftehim finali mal-offerent magħżul. Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li sejjer jeżamina l-offerti tkun waħda finali.
Id-dokumenti tal-offerta jistgħu jinġabru mill-Uffiċċju tas-Segretarju, jew jiġu mitluba b’email fuq info@leone.org.mt, jew bit-telefon 21562974 jew 79045779.
Is-Segretarju
Maħruġa llum 21 ta’ Marzu 2017