L-Aurora Youth Movement huwa l-organu fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Leone li tiġbor fi ħdanha żgħażagħ partitarji bil-għan ewlieni li dawn ikunu nvoluti b’mod attiv fi ħdan l-istess Soċjetà.
Sabiex jintlaħaq dan l-għan, is-Soċjetà qiegħda fil-proċess li l-Aurora Youth Movement tiġi komposta minn grupp ta’ żgħażagħ bejn 14 u 18-il sena, li flimkien se jitgħallmu l-valuri prinċipali nvoluti sabiex jiġu organizzati attivitajiet, filwaqt li fl-istess ħin, jorganizzaw attivitajiet huma stess għal żgħażagħ u tfal.
Ftit tal-jiem ilu, il-Kumitat Ċentrali ħatar lil Mariella Sultana bħala l-persuna li se tkun qed tiġġestixxi dan il-grupp, li fl-ewwel ġimgħat tiegħu se jimpenja sabiex jingħaqad tim ta’ żgħażagħ. Infatti, l-ewwel laqgħa tal-Aurora Youth Movement se ssir nhar is-Sibt 1 ta’ Diċembru 2018, fl-4PM, fis-Sala 29 t’April 1956.
Aktar dettalji jistgħu jinkisbu minn Mariella Sultana (79260876) jew Marcella Tabone (79800684).