Elezzjoni: Riżultat

19. 11. 2018
Elezzjoni: Lista tal-Kandidati għall-Kumitat Ċentrali
15. 11. 2018
L-AYM bi pjanijiet ġodda
30. 11. 2018
 

Bejn is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ Novembru 2018 saret l-elezzjoni tal-Kumitat Ċentrali 2018-2020

Din l-elezzjoni saret fis-Sala Dr Francesco Masini fil-Każin tal-Banda Leone, li għaliha kienu eleġibbli għall-vot il-bandisti effettivi, membri tal-kumitat, kapijiet tal-fergħat u president u bandisti onorarji. Il-Kummissjoni Elettorali kienet komposta minn Anna Attard bħala Chairperson, Mariella Sultana u Jana Theuma bħala membri.

Il-Kumitat Ċentrali elett minn din l-elezzjoni huwa hekk kif ġej:

 

President Dr Michael Caruana 95.7%
Segretarju Thomas Bajada 97.9%
Kaxxier Joseph Portelli 95.7%
Kordinatur tal-Banda Anton Portelli 95.8%
Prokuratur tal-Festa Joseph Cordina 97.9%
Direttur tal-Kazin Silvan Grima 89.4%
Manager tat-Teatru Gilbert Haber 89.1%

 

Il-Kumitat Ċentrali elett għandu jiltaqa’ fil-jiem li ġejjin sabiex jaħtar l-assistenti u karigi fi ħdan is-Soċjetà hekk kif stipulat mill-istatut.