It-Tesserament 2019

29. 01. 2019
L-AYM bi pjanijiet ġodda
30. 11. 2018
Is-Soċjetà Filarmonika Leone fil-Gozo Snooker League
19. 02. 2019

Bħal kull sena, is-Soċjetà Filarmonika Leone qed iġġedded is-sejħa tagħha għat-tesserament għas-sena 2019.

L-2018 kienet sena li fiha s-Soċjetà Filarmonika Leone kienet Soċjetà Eqreb Tiegħek. F’din is-sena, is-Segretarjat impenja ruħu sabiex iwassal lis-Soċjetà fil-qalba tad-djar ta’ kull wieħed u waħda mill-membri attivi u soċji. Filwaqt li nistqarru li dan ma kienx pass faċli, minn dan tgħallimna aktar, u stajna nkunu eqreb tas-Soċji tagħna, b’kuntatt aktar dirett. 

 

“Is-Soċjetà Filarmonika Leone qed issaħħaħ din is-sejħa sabiex aktar partitarji jittesseraw ruħhom, sabiex dawn ikunu aktar qrib tal-qalb u tal-mutur li jħaddem din is-Soċjetà.”

 

Is-Soċjetà qed toffri skont ta’ 15% fuq il-biljett tal-opra, prijorità għal riservazzjoni ta’ siġġijiet f’numru ta’ kunċertikif ukoll numru ta’ privileġġi oħra f’okkażjonijiet uffiċjali, li jiġu mħabbra minn żmien għal żmien, fosthom it-tqassim b’xejn tar-rivisti ‘L-Aurora’ u ‘Festa Santa Marija 2019’. Apparti dan, it-tesserati huma dawk li għandhom id-dritt esklussiv jattendu għal-Laqgħa Ġenerali Annwali u dawk Straordinarji.

Tessera individwali, għal persuna waħda:  €10.00
Tessera għal familja sħiħa, għal persuni li jgħixu f’dar waħda:  €20.00

 

 

Hekk kif nafu li n-numru ta’ partitarji jisboq ferm aktar minn dan in-numru, is-Soċjetà Filarmonika Leone qed issaħħaħ din is-sejħa sabiex aktar partitarji jittesseraw ruħhom, sabiex dawn ikunu aktar qrib tal-qalb u tal-mutur li jħaddem din is-Soċjetà. Ix-xewqa għal din is-sena hija li niksru l-ammont diġa rekord ta’ 600 tesserat, fejn infatti diġa aktar minn nofs dan l-ammont irrispondew immedjatament għas-sejħa li waslet fid-djar tagħhom.

Is-Segretarjat jinsab ferm grat lejn dawk kollha li jsegwu mill-qrib il-ħidma tas-Soċjetà, u fuq kollox japprezza l-ħidma tal-membri attivi li huma ta’ spalla importanti għas-Segretarjat tas-Soċjetà. Inħeġġu sabiex aktar persuni jinvolvu ruħhom b’mod dirett f’dak kollu li s-Soċjetà torganizza u flimkien b’impenn nibqgħu nagħtu lil pajjiżna l-aqwa kwalità ta’ produzzjonijiet mużikali u artistiċi, flimkien ma’ attivitajiet kulturali u soċjali.

Il-ġbir tat-tessera qed isir mill-uffiċċjali tas-Soċjetà Filarmonika Leone matul Jannar u Frar 2019. Sabiex tissieħeb imla din il-formula u għaddiha mal-ħlas lis-Segretarju Thomas Bajada (99130694), Michael John Cordina (79001989), Teresa Grima jew John Schembri. Tista wkoll tibgħata bil-posta fuq: Soċjetà Filarmonika Leone, 100, Triq ir-Repubblika, Victoria VCT1017. Għal kull ħlas tingħata rċevuta. 

Ikkuntatjana  fuq info@leone.org.mt jew 79001989 għal aktar dettalji.