

Il-Kummissjoni Elettorali, komposta minn Anna Attard bħala Chairperson, flimkien ma’ Mariella Sultana u Jana Theuma bħala membri, ikkonfermat in-nomini t’hawn taħt.
| President | Dr Michael Caruana LL.D. |
| Segretarju | Thomas Bajada |
| Kaxxier | Joseph Portelli |
| Prokuratur tal-Festa | Joseph Cordina |
| Kordinatur tal-Banda | Anton Portelli |
| Direttur tal-Każin | Silvan Grima |
| Manager tat-Teatru | Gilbert Haber |
| Rappreżentant tal-Fergħat | vakanti |
Hekk kif jistipola l-istatut, il-kandidati tal-Kumitat Ċentrali jkunu eletti b’50%+1 tal-voti validi, għajr il-kandidat għall-kariga tal-President, liema kandidat jiġi dikjarat elett jekk jġib żewġ terzi tal-voti.
Bandisti Effettivi, Bandisti u Presidenti Onorarji, Membri tal-Kumitat u Kapijiet tal-Fergħat jistgħu jivvutaw f’din l-elezzjoni mifruxa fuq jumejn, hekk kif stipulat hawn taħt:
Is-Sibt 17 ta’ Novembru 2018, bejn is-6pm u 8pm;
Il-Ħadd 18 ta’ Novembru 2018, bejn 9am u 10.30am, u l-4pm u 6pm.