Elezzjoni: Sejħa għall-Kandidati

11. 11. 2018
68 sena mill-Proklamazzjoni tad-Domma tal-Assunta
01. 11. 2018
Elezzjoni: Lista tal-Kandidati għall-Kumitat Ċentrali
15. 11. 2018
 

Wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali, imiss issa l-elezzjoni għall-Kumitat Ċentrali tal-perjodu amministrattiv Novembru 2018-Novembru 2020.

Wara li nhar il-Ħadd 11 ta’ November 2018 għalqet il-Laqgħa Ġenerali Annwali 2018, il-Kummissjoni Elettorali qiegħda ssejjaħ għan-nomini ta’ kandidati għall-elezzjoni tal-membri tal-kumitat ċentrali tas-Soċjetà Filarmonika Leone. 
 
 
Kumitat
 
Skont l-istatut, il-Kummissjoni Elettorali qiegħda tilqa’ n-nomini għal dawn il-karigi:
 
1) President         
2) Segretarju         
3) Kaxxier         
4) Kordinatur tal-Banda         
5) Prokuratur tal-Festa
6) Direttur tal-Każin         
7) Manager tat-Teatru         
8) Rappreżentant tal-Fergħat
 
Ladarba jiġu eletti l-persuni f’dawn il-karigi, fl-ewwel laqgħa tal-kumitat, l-uffiċċjali jkollhom il-fakulta jaħtru assistenti tal-fiduċja tagħhom skont kif jistipula l-istatut. Dawn jiġu approvati mill-membri eletti.
  
 
 
Nomini u Votazzjonijiet: Dati u ħinijiet
 

Il-formula tan-nomini għandhom jinġabru mill-Bar tal-Każin tal-Banda Leone. Persuni li joħorġu għal din l-elezzjoni għandhom ikunu tesserati tas-Soċjetà Filarmonika Leone għas-sena 2018. Kandidati għandhom ikunu nnominati u ssekondati minn bandist jew membru tal-kumitat, flimkien mal-firma tal-kandidat innifsu.

Wieħed għandu jħalli l-formola tan-nomina fil-kaxxa apposta li tinsab fl-ewwel sular quddiem il-bieb tat-Teatru. Il-perjodu tan-nominazzjonijiet jingħalaq nhar l-Erbgħa 14 ta’ Novembru, 7:30pm.
 
Il-votazzjoni, bi qbil fil-Laqgħa Ġenerali Annwali se jsir nhar is-Sibt 17 ta’ Novembru mis-6pm sat-8pm, il-Ħadd 18 ta’ Novembru mid-9am sal-10.30am u mill-4pm sas-6pm
 
Il-Kummissjoni Elettorali tħabbar l-ismijiet tal-kandidati li jkunu xetħu n-nomina tagħhom meta tiftaħ in-nomini u wara li jiġu evalwati u aċċettati. Il-Kummissjoni Elettorali hija komposta mic-chairperson Anna Attard u s-sinjuri Mariella Sultana u Jana Theuma.