Varat sit elettroniku ġdid

11. 02. 2017
Nhar is-Sibt, Jum ta’ Tifkira
26. 01. 2017
Tal-Iljun fil-Karnival
18. 02. 2017

Illum, il-Sibt 11 ta’ Frar 2017, is-Soċjetà Filarmonika Leone qed tvara sit elettroniku ġdid, sabiex il-bandisti, soċji, partitarji, kollaboraturi u dawk interessati, ikunu aktar qrib tal-ħidma attiva u dinamika tas-Soċjetà.

Dan is-sit ġie ddisinjat mill-ġdid bil-għan li jkun iċ-ċentru tal-informazzjoni tas-Soċjetà Filarmonika Leone, il-Banda Ċittadina Leone u l-fergħat kollha fi ħdan din l-istess Soċjetà, fi żmien fejn it-teknoloġija u l-komunikazzjoni soċjali isiru aktar dinamiċi ma’ kull jum li jgħaddi. Filfatt, wieħed mill-għanijiet ewlenin ta’ dan is-sit il-ġdid huwa li jagħmilha aktar faċli sabiex wieħed jaċċessa l-informazzjoni kollha bżonnjuża minn kullimkien u b’kull apparat elettroniku. Minn 9 snin ‘l hawn, meta ġie vara is-sit elettroniku preċedenti, il-medja soċjali ħadet żvolta bħalma ħa żvolta kbira l-użu tal-internet minn fuq mobilesgadgets oħra li mhumiex fissi. Hekk dan is-sit il-ġdid ilaħħaq ukoll ma’ din ir-realtá.

“Iċ-ċentru tal-informazzjoni tas-Soċjetà Filarmonika Leone, il-Banda Ċittadina Leone u l-fergħat kollha.”

Is-sit iħeġġeġ lill-viżitaturi jesploraw l-istorja tal-ewwel Soċjetà mużikali f’Għawdex. Huwa sit intenzjonat li jibqa’ aġġornat bl-attivitajiet u bl-aġġornamenti kollha hekk kif is-Soċjetà Filarmonika Leone tkompli timmarka l-istorja t’Għawdex bis-suċċessi tagħha. Maż-żmien, dan is-sit għandu jintegra l-informazzjoni kollha, l-midja u l-aġġornamenti ta’ attivitajiet speċifiċi u importanti fil-kalendarju tas-Soċjetà, f’paġni interattivi li jiffaċilitaw u jtejbu l-esperjenza tal-viżitatur.

“Paġni interattivi li jiffaċilitaw u jtejbu l-esperjenza tal-viżitatur.”

Issa, is-sit elettroniku www.leone.org.mt huwa integrat mal-pjattaformi tal-mezzi soċjali tas-Soċjetà u l-fergħat kollha fi ħdanha. Is-Soċjetà issa qed tħeġġeġ lill-fergħat kollha sabiex matul is-sena dejjem iżommu l-Uffiċju tar-Relazzjonijiet Pubbliċi b’informazzjoni, attivitajiet, media u dak kollu utli sabiex dan is-sit ikun jista’ tassew jilħaq l-iskop tiegħu li jservi ta’ ċentru tal-komunikazzjoni tas-Soċjetà kollha.