Nifirħu mal-S.K.V.W. fi triqthom lejn il-finali tal-F.A. Trophy.

19. 02. 2017
Tal-Iljun fil-Karnival
18. 02. 2017
Viva l-Jiem tal-Karnival!
01. 03. 2017

Is-Soċjetà Filarmonika Leone tifraħ mat-tim tal-futbol tal-Ewwel Diviżjoni ta’ Għawdex, S.K. Victoria Wanderers, hekk kif jinsabu fi triqthom lejn il-finali tal-F.A. Trophy nazzjonali. 

Is-Soċjetà Filarmonika Leone, f’okkażjoni bla preċedent fl-istorja tal-futbol Għawdxi, tifraħ lill-S.K. Victoria Wanderers għar-rebħa tagħhom ta’ 2-0 kontra Pembroke Athleta. B’dan, l-S.K. Victoria Wanderers huwa l-ewwel tim Għawdxi li qatt wasal sas-semi-finali tal-F.A. Trophy.

“l-S.K. Victoria Wanderers huwa l-ewwel tim Għawdxi li qatt wasal sas-Semi-Finali tal-F.A. Trophy”

It-tim ‘tas-Savina’ dejjem kien meqjus bħala l-familja estiża tas-Soċjetà tagħna, u għalhekk huwa ta’ pjaċir u unur għalina li naqsmu miegħu u nassistuh f’okkażjoni daqstant sabiħa.
 
Prosit lil plejers, amministrazzjoni u membri tat-tim S.K. Victoria Wanderers.
#comeonblues
 
 

 


Ritratt: S.K. Victoria Wanderers (19 ta’ Frar 2017)