Il-Quddiesa tal-10:30am illum issir fl-10am.
9:45am Jibda t-trasport mill-Kapuċċini, ta’ Kana, Pjazza San Franġisk, Kappella taċ-Ċawla, il-Monument ta’ Ġwanni Pawlu II f’Gedrin, u Pjazza Savina lejn il-Katidral. Is-servizz qed jiġi offrut għall-anzjani imma ukoll għal kull min jixtieq jevita t-traffiku. Min jibbukkja l-post għand Tereża Grima (79551419) jew John Schembri (79554891) ikun jiffaċilitalna ħafna x-xogħol.
10:00am Marċ mill-Banda Ċittadina Leone miċ-Ċentru Parrokkjali sal-Katidral.
10:00am Quddiesa minn Mons. Arċipriet Joseph Sultana animata minn Mario Caruana.
11:00am Ħruġ tal-vara ta’ Santa Marija min-niċċa bis-sehem tal-Banda Leone. Issir il-ġabra tal-festa u tinqara l-poeżija tal-okkażjoni minn Matthew Sultana.
Matul il-Kwindiċina, il-W.R. Kapitlu Katidrali jiċċelebra quddiesa kantata kuljum fis-7am.
Matul il-jiem tal-Kwindiċina, ikun hemm trasport li jitlaq mill-Kapuċċini, Pjazza San Franġisk, taċ-Ċawla, Pjazza Sant’Wistin u Pjazza Savina.
It-Tnejn 31 ta’ Lulju 2017 | L-ewwel jum tal-Kwindiċina ta’ Santa Marija
7:15pm Konċelebrazzjoni solenni tal-ftuħ tal-kwindiċina bis-sehem tal-Presbiterju Parrokkjali mmexxija minn Mons. Arċipriet Joseph Sultana.
It-Tlieta 1 t’Awwissu 2017 | Jum is-Solidarjetà u l-Karità | It-Tieni Jum tal-Kwindiċina
7:15pm Quddiesa tal-Kwindiċina mill-Kan. Michael Galea. Mistiedna l-persuni b’diżabilità u residenti ta’ Dar Arka animata mill-orkestra tal-Aurora Folk Group.
8:00pm Wara l-quddiesa, il-parruċċani tagħna joffru riċeviment b’ġest ta’ solidarjetà fi żmien il-festa fi Pjazza Katidral. Jieħu sehem l-Aurora Folk Group.
L-Erbgħa 2 t’Awwissu 2017 | Jum il-Morda u l-Anzjani | It-Tielet Jum tal-Kwindiċina; l-Erbatax-il Erbgħa ta’ Santa Marija
7:15pm Quddiesa tal-Kwindiċina minn Mons. Carmelo Refalo, Arċipriet tax-Xagħra. Mistiedna l-morda u l-anzjani, kemm dawk li jgħixu fi djarhom u kemm dawk fi djar tal-anzjani. Jiġi amministrat is-sagrament tad-Dilka tal-Morda. Janimaw il-kant Fabian Galea, Stephanie Sultana u Matthew Sultana.
Nappellaw lil dawk li għandhom l-anzjani u morda fi djarhom biex jagħmlulhom il-qalb u jkunu disponibbli biex jgħinuhom u jakkumpanjawhom imqar għal din id-darba sal-Katidral fil-festa. Ejjew ma nċaħħdux lill-għeżież tagħna milli jinvistaw lil Santa Marija fil-Katidral. Aħna nagħmlu kull mezz biex il-Katidral ikun aċċessibbli f’dan il-jum aktar minn jiem oħra.
8:00pm Serata ta’ logħob u street soccer għat-tfal u adoloxxenti kollha tal-paroċċa fi Pjazza Katidral.
Din l-attività qed tiġi organizzata mill-organizzazzjoni-mhux-governattiva MOVE bħala parti mill-programme Shake It b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Valletta2018. Dan il-programm huwa maħsub sabiex matul ix-xhur tas-sajf jagħi xejra differenti lil għadd ta’ spazji pubbliċi madwar Malta u Għawdex b’attivitajiet ta’ logħob.
Il-Ħamis 3 t’Awwissu 2017 | Jum il-Parroċċa tal-Katidral u s-Soċjetà Filarmonika Leone | Ir-Raba’ Jum tal-Kwindiċina
7:15pm Quddiesa tal-Kwindiċina minn Dun Anthony Mario Saliba bis-sehem tal-għaqdiet tal-parroċċa u l-fergħat tas-Soċjetà Filarmonika Leone. Il-quddiesa tkun skont l-intenzjoni tal-benefatturi ħajjin u b’suffraġju tal-benefatturi u parruċċani li mietu matul l-aħħar sena. Janima l-Aurora Youth Choir.
8:15pm Dawra bil-ferrovija għat-tfal kollha tal-parroċċa. Nitilqu minn Pjazza Savina. Biljetti jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali u l-animaturi tat-tfal.
Il-Ġimgħa 4 t’Awwissu 2017 | Jum it-Tfal | Il-Ħames Jum tal-Kwindiċina
7:15pm Quddiesa tal-Kwindiċina minn Dun Michael Grima bis-sehem tat-tfal tal-parroċċa. Jieħu sehem l-Aurora Youth Choir.
8:00pm Attività ta’ divertiment, logħob u ikel għat-tfal kollha bis-sehem tal-Aurora Youth Movement fil-pjazza tal-Katidral.
Is-Sibt 5 t’Awwissu 2017 | Jum is-Saċerdozju Ministerjali | Is-Sitt Jum tal-Kwindiċina
5:30pm Marċ mill-Banda Leone miċ-Ċentru Parrokkjali li bih tilqa’ u takkumpanja lis-saċerdot novell Carl Scerri sal-Katidral.
6:15pm Dħul tas-saċerdot novell fil-Katidral bl-innu Tu Es Sacerdos u żjara lil Ġesú Ewkaristija.
6:30pm L-ewwel quddiesa solenni ta’ radd il-ħajr għad-don tas-saċerdozju minn Dun Carl Scerri. Fi tmiem il-quddiesa, Dun Carl jagħti l-barka tiegħu bir-rebħ tal-indulġenza plenarja u jbewwes l-idejn ikkonsagrati tiegħu. L-orkestra, kor u solisti jkunu taħt id-direzzjoni ta’ Carmel P. Grech.
Il-Ħadd 6 t’Awwissu 2017 | Jum iż-Żgħażagħ u l-Familja | Is-Seba’ Jum tal-Kwindiċina
10:30am Quddiesa għaż-Żgħażagħ madwar Santa Marija minn Dun Richard N. Farrugia bis-sehem tal-għaqdiet taż-żgħażagħ fi ħdan il-parroċċa u s-Soċjetà Leone flimkien mal-isportivi fi ħdan l-S. K. Victoria Wanderers.
7:15pm Quddiesa tal-Kwindiċina minn Dun Joe Calleja. Mistiedna l-koppji li żżewġu matul din l-aħħar sena, dawk li qegħdin fil-mixja għas-sagrament taż-żwieġ u dawk li qed jiċċelebraw il-25, 40 u 50 anniversarju miż-żwieġ tagħhom. Mario Caruana janima l-quddiesa bil-kant. Wara jinżamm riċeviment żgħir fl-annexe tal-Katidral.
8:30pm L-Ikla Tradizzjonali tal-Festa organizzata mis-Soċjetà Filarmonika Leone. Biljetti mingħand is-Segretarjat tal-Każin u l-voluntiera tas-soltu.
It-Tnejn 7 t’Awwissu 2017 | Jum il-Vokazzjonijiet | It-Tmien Jum tal-Kwindiċina
7:15pm Quddiesa tal-Kwindiċina minn Dun Massimo Buttigieg li matulha ssir il-vestizzjoni tal-abbatini l-ġodda. Wara jinżamm riċeviment għall-abbatini u l-ġenituri tagħhom fl-annexe tal-Katidral. Janima l-quddiesa l-kor Fjur t’Assisi tas-santwarju tal-Madonna tal-Grazzja tal-Kapuċċini taħt id-direzzjoni ta’ Marita Zammit Cassar.
It-Tlieta 8 t’Awwissu 2017 | Jum il-Ħajja | Id-Disa’ Jum tal-Kwindiċina
7:15pm Quddiesa tal-Kwindiċina minn Dun John Meilaq. Mistiedna tobba, infermiera u qwiebel, persuni li qegħdin jistennew tarbija u ġenituri li kellhom tarbija matul din l-aħħar sena. Fi tmiem il-quddiesa, it-trabi jiġu ppreżentati lil Santa Marija. Janimaw il-kant David Mario u Svetlene Fenech.
8:00pm Tnedija tal-ktieb monumentali dwar il-Katidral “The Gozo Cathedral – its history and heritage” miktub minn sitt esperti, editjat minn Mons. Joseph Bezzina, b’400 ritratt ta’ Daniel Cilia. It-tnedija ssir fil-Katidral ta’ Għawdex. Postijiet limitati. Min jixtieq jerfa’ post mitlub javża l-Uffiċċju Parrokkjali.
L-Erbgħa 9 t’Awwissu 2017 | Jum l-Għaqdiet Reliġjużi | L-Għaxar Jum tal-Kwindiċina; il-Ħmistax-il Erbgħa ta’ Santa Marija
7:15pm Quddiesa tal-Kwindiċina minn Mons. Carmelo Refalo, Arċipriet tax-Xagħra. Mistiedna l-lajċi fi ħdan il-Komunità Ewkaristika, l-Azzjoni Kattolika, Leġjun ta’ Marija, MUSEUM, Lectio Divina u l-aħwa tal-mixja NeoKatekumenali. Janima l-kant Mario Caruana.
Il-quddiesa tat-8:30pm illum ma ssirx.
9:00pm Leone Band in concert | Festa edition: programm mużikali mill-Banda Ċittadina Leone quddiem il-Każin tal-Banda fi Triq ir-Repubblika. Fost xogħlijiet mużikali varji, il-kunċert jintemm bl-esekuzzjoni tal-innu l-kbir Per La Festa Di Maria Assunta In Cielo (1913) ta’ Orlando Crescimanno bis-sehem tat-tenur, baritonu u l-kor tat-tfal. Jidderieġi Colin Attard.
Min huwa nteressat jattendi huwa mħeġġeġ jirriserva post billi javviċina s-Segretarjat tal-Każin – 79045779 jew info@leone.org.mt.
Il-Ħamis 10 t’Awwissu 2017 | Jum il-Velja ta’ Santa Marija |Il-Ħdax-il Jum tal-Kwindiċina
Illum tiġi ċċelebrata biss il-quddiesa tas-6:00pm.
8:00pm Ħruġ tal-vara ta’ Santa Marija fil-bieb tal-Katidral. Velja ta’ Talb fi Pjazza Katidral bi tħejjija għas-solennità tal-Għid tal-Assunta.
Il-Ġimgħa 11 t’Awwissu 2017 | L-Ewwel Jum tat-Tridu | It-Tnax-il Jum tal-Kwindiċina
10:00am Quddiesa animata għat-tfal fit-Tridu ta’ Santa Marija minn Dun Carl Scerri bis-sehem tal-Aurora Youth Choir.
6:30pm Reċita pubblika tar-Rużarju Mqaddes mill-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini u l-komunità tar-residenti fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’riġlejn ix-xbieha ta’ Santa Marija (2008).
6:45pm Kant solenni tat-talba tal-Għasar mill-W.R. Kapitlu Katidrali u Kurunella ta’ Santa Marija.
7:15pm Konċelebrazzjoni solenni mmexxija minn Patri Adeodato Schembri O.S.A. f’għeluq il-50 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Kan. Michael Galea, Vigarju Parrokkjali jinseġ l-omelija tat-Tridu.
8:30pm Kant tal-Antifona Hodie Maria Virgo u Barka Sagramentali minn Mons. Franġisk Sultana.
9:30pm Marċ mill-Banda Leone u l-Banda Santa Marija (Żebbuġ) bil-vara ta’ Santa Marija (2008) li jgħaddi minn Triq Patri Ġjaċintu Camenzuli, Belliegħa, Dirjanu Lanzon, Sir Luigi Camilleri u Exchange. Il-Vampa Organisations jaħarqu nar tal-ajru minn quddiem is-santwarju tal-Madonna tal-Grazzja u nar sinkronizzat fi Triq ir-Repubblika wara t-tlugħ tal-istatwa ta’ Santa Marija fuq il-pedestall monumentali quddiem il-każin.
Is-Sibt 12 t’Awwissu 2017 | It-Tieni Jum tat-Tridu | It-Tlettax-il Jum tal-Kwindiċina
Ix-xbieha ta’ Santa Marija tal-każin illum tkun għall-qima tal-pubbliku fil-knisja ta’ San Ġakbu fi Pjazza Indipendenza (It-Tokk) matul il-jum.
10:00am Quddiesa animata għat-tfal fit-Tridu ta’ Santa Marija minn Dun Carl Scerri.
6:45pm Kant solenni tat-talba tal-Għasar mill-W.R. Kapitlu Katidrali u Kurunella ta’ Santa Marija.
7:15pm Konċelebrazzjoni solenni mmexxija minn Mons. Ġużeppi Gauci, f’għeluq is-60 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Kan. Michael Galea, Vigarju Parrokkjali jinseġ l-omelija tat-Tridu.
8:30pm Kant tal-Antifona Hodie Maria Virgo u Barka Sagramentali minn Mons. Ġużeppi Attard.
9:30pm Marċ mill-Banda Leone u l-Banda Beland (Żejtun) minn Pjazza Savina lejn Triq Mons. Lwiġi Vella, Gedrin u Sant’Ursola. Lura fi Pjazza Savina, il-marċ jidħol bil-briju fi Pjazza Indipendenza (It-Tokk) u jinżel lejn il-Każin tal-Banda Leone fi Triq ir-Repubblika.
12:00am Il-marċ jintemm bil-kant tal-innu marċ, marċi brijużi, nar tal-ajru minn fuq il-bjut u divertiment għaż-żgħażagħ quddiem il-każin.
Il-Ħadd 13 t’Awwissu 2017 | It-Tielet Jum tat-Tridu | L-Erbatax-il Jum tal-Kwindiċina
Illum ikun hemm konfessuri barranin fil-Katidral għall-qrar bi tħejjija għal Jum Santa Marija. Inħeġġukom ma nitilfux is-sens tal-festa u nqaddsu l-Għid tal-Assunta bi qrara tajba u tqarbina qaddisa.
10:30am Quddiesa animata għat-tfal fit-Tridu ta’ Santa Marija minn Dun Carl Scerri.
6:45pm Kant solenni tat-talba tal-Għasar mill-W.R. Kapitlu Katidrali u Kurunella ta’ Santa Marija.
7:15pm Konċelebrazzjoni solenni mmexxija minn Mons. Arċidjaknu u Vigarju Ġenerali Tarcisio Camilleri. Kan. Michael Galea, Vigarju Parrokkjali jinseġ l-omelija tat-Tridu.
8:30pm Kant tal-Antifona Hodie Maria Virgo u Barka Sagramentali minn Mons. Arċipriet Joseph Sultana.
9:30pm Marċ mill-Banda Leone u l-Banda Santa Marija (Żebbuġ) miċ-Ċenru Parrokkjali sal-Knisja ta’ San Ġakbu fi Pjazza Indipendenza (It-Tokk).
9:30pm Marċ mill-Banda San Girgor (Kerċem) mill-Każin tal-Banda Leone sa Pjazza Indipendenza (It-Tokk).
10:00pm Il-Banda Leone ssellem lix-xbieha ta’ Santa Marija (1956) bl-innu marċ Lil Santa Marija Assunta ta’ Vincenzo Ciappara u wara takkumpanjaha mal-Banda Santa Marija (Żebbuġ) f’dimostrazzjoni madwar it-toroq taċ-ċentru storiku tar-Rabat.
12:00am Wasla tad-dimostrazzjoni lura fi Pjazza Indipendenza (It-Tokk) bil-kant tal-innijiet Marjani popolari, u tlugħ solenni u devot tal-istatwa ta’ Santa Marija fuq il-pedestall bil-kant tal-Ave Maria u l-innu marċ. Wara, spettaklu ta’ nar minn fuq il-bjut fi Pjazza Indipendenza (It-Tokk).
It-Tnejn 14 t’Awwissu 2017 | Vġili tal-Għid tal-Assunta | Il-Ħmistax-il Jum tal-Kwindiċina
8:00am Konċelebrazzjoni mill-W.R. Vigarju Ġenerali u Arċidjaknu Mons. Tarcisio Camilleri flimkien mal-membri tal-Kapitlu Katidrali bil-kant tat-Te Deum f’għeluq il-Kwindiċina ta’ Santa Marija.
10:00am Quddiesa speċjali għat-tfal u l-familji tagħhom f’lejlet Santa Marija minn Dun Maximillian Grech. L-Aurora Youth Choir janima l-kant.
11:00am Il-Parata tat-Tfal bil-bandiera l-kbira tal-każin mill-Katidral sal-Każin bis-sehem tal-Banda Leone.
12:00pm Party għat-tfal u riċeviment tal-festa għall-mistednin tas-Soċjetà Filarmonika Leone fil-Każin tal-Banda.
5:30pm Marċ mill-Banda Leone miċ-Ċentru Parrokkjali sal-Katidral. It-tfal iġorru l-paljijiet taż-żwiemel li skont it-tradizzjoni jitwaħħlu fit-tieqa tas-sagristija tal-Katidral għall-wiri.
6:00pm Translazzjoni Pontifikali ta’ Santa Marija mmexxija minn Mons. Isqof Mario Grech bis-sehem tal-W.R. Kapitlu Katidrali. Il-Banda Leone ssellem lit-translazzjoni bid-daqq tal-innu marċ waqt li l-Vampa Organisations taħraq spettaklu ta’ nar tal-ajru ta’ bi nhar. Ċelebrazzjoni pontifikali tal-ewwel għasar tas-solennità, kant tas-Salve, Litanija tal-Madonna u Barka Ewkaristika.
7:30pm Konċelebrazzjoni solenni tal-vġili minn Mons. Arċipriet Joseph Sultana f’għeluq it-42 anniversarju mill-inkurunazzjoni (1975) tal-kwadru titulari ta’ Santa Marija.
9:30pm Marċ trijonfali matul Triq ir-Repubblika mill-Banda Leone u l-Banda San Sebastjan tas-Soċjetà Mużikali Pinto (Ħal Qormi) li jiftaħ bin-nar tal-ajru minn fuq il-bejt tal-Każin tal-Banda Leone.
9:30pm Marċ mill-Banda Viżitazzjoni (Għarb) mill-Katidral sa Pjazza Indipendenza (It-Tokk) u programm mużikali fuq il-planċier.
12:30am Wasla tal-marċ trijonfali ta’ lejlet il-festa fi Pjazza Savina u konklużjoni ċelebrattiva bi spettaklu viżwali u nar sinkronizzat.
Il-quddies fil-Katidral din is-sena se jkun kull siegħa biex nippermettu t-traffiku jimxi aħjar: 4:00am, 5:00am, 6:00am, 7:00am, 8:00am, 9:00am (Pontifikal), 11:00am, 12:00am u 5:00pm. Ikun hemm servizz tal-qrar il-ħin kollu.
Matul dan il-jum inħeġġukom iżżuru l-Wirja ta’ Santa Marija fil-Villa Rundle. Huma eluf ta’ Għawdxin u Maltin li jiġu jżuru din il-wirja, parti integrali mill-festa ta’ Santa Marija t’Għawdex li norganizzaw aħna.
8:00am Quddiesa għall-voluntiera tal-Vampa Organisations fuq l-Għolja ta’ Gelmus.
9:00am Pontifikal Solenni ta’ nhar Santa Marija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech, il-W.R. Kapitlu Katidrali, Presbiterju Parrokkjali u r-Reliġjużi tal-Belt Victoria. Fi tmiem il-quddiesa jiġi ppreżentat Ġieħ il-Parroċċa tal-Katidral. Mons. Isqof jagħti l-Barka Appostolika bir-rebħ tal-Indulġenza Plenarja.
11:00am Marċ popolari u tradizzjonali fil-qalba tal-Belt Victoria mill-Banda 12th May (Ħaż-Żebbuġ) u l-Banda San Ġużepp (Ħamrun).
11:30am Tqassim tal-premijiet fil-Wirja ta’ Santa Marija fil-Villa Rundle.
2:30pm Tiġrijiet nazzjonali u tradizzjonali tal-bhejjem fi Triq ir-Repubblika. Fi tmiemhom, l-Onor. Ministru għal Għawdex Dr Justyne Caruana u s-Sindku tar-Rabat Dr Samuel Azzopardi jqassmu l-premijiet lir-rebbieħa.
5:00pm Quddiesa minn Mons. Joseph Curmi, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ (Victoria).
6:00pm Kant Solenni tat-II Għasar mill-W.R.Kapitlu Katidrali.
6:00pm Marċ mill-Banda Victory (Xagħra) miċ-Ċentru Parrokkjali sal-Katidral.
6:45pm Ħruġ solenni u devot tal-purċissjoni pontifikali bl-istatwa ta’ Santa Marija bis-sehem tal-W.R. Kapitlu Katidrali. Il-Banda Ċittadina Leone ssellem bl-innu Warda Sbejħa tar-Rebbiegħa (1992) ta’ Colin Attard u wara tesegwixxi l-innu mmortali Per La Festa Di Maria Assunta In Cielo (1913) ta’ Orlando Crescimanno u l-Prof. Ramiro Barbaro di San Giorgio. Kaxxa nfernali tal-ħruġ u wara l-Għanja tal-Poeta mill-kantant Mario Caruana. Il-Banda Leone takkumpanja l-purċissjoni bid-daqq ta’ marċi reliġjużi u innijiet Marjani.
8:00pm Marċ mill-Banda San Ġużepp (Għajnsielem) mill-Każin tal-Banda Leone sa Pjazza Katidral u programm mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Frankie Debono.
8:00pm Programm Mużikali mill-Banda Victory (Xagħra) fi Pjazza Indipendenza (it-Tokk) taħt id-direzzjoni ta’ Joe Galea.
10:00pm Spettaklu meraviljuż u singulari ta’ logħob tan-nar tal-ajru minn fuq l-Għolja ta’ Gelmus kkordinat mill-Vampa Organisations.
10:30pm Dħul solenni u devot tal-purċissjoni hekk kif il-poplu Għawdxi flimkien mal-Maltin u l-barranin miġbura fiċ-Ċittadella jagħtu t-tislima tagħhom lil Santa Marija fil-bieb tal-Katidral. Tingħata l-Barka Sagramentali fil-beraħ għad-dawl tax-xemgħa u wara d-dħul tal-vara bid-daqq tal-innu marċ Lil Santa Marija Assunta.
11:00pm Marċ tal-aħħar mill-Banda Leone miċ-Ċentru Parrokkjali lejn Pjazza Savina u Pjazza Indipendenza (it-Tokk) fejn titniżżel il-vara ta’ Santa Marija minn fuq il-pedestall bil-kant tal-Ave Maria.
Il-Ħadd 20 t’Awwissu 2017 | Jum ta’ Radd il-Ħajr
10:30am Quddiesa ta’ radd il-ħajr minn Mons. Arċipriet Joseph Sultana li fiha jagħti evalwazzjoni tal-festa. Wara jsir id-dħul tal-istatwa ta’ Santa Marija lura fin-niċċa fost il-kant tal-innijiet Marjani u talb ta’ ringrazzjament.
Notamenti
Quddies u Sagramenti
Ejjew nieħdu sehem fl-attivitajiet kollha u ma nħallux barra s-sagramenti. Id-devoti awtentiċi u n-nies tal-festa għandhom iħossu l-bżonn li jersqu għal qrara tajba u tqarbina qaddisa.
Trasport
Il-parroċċa tkompli tgħin lill-membri tagħha billi tipprovdi trasport kuljum fis-6:30pm. Min ikun jeħtieġu huwa ġentilment mitlub jinforma l-Uffiċċju Parrokkjali.
Mużika
Il-mużika tat-tridu, lejlet u nhar il-festa tkun immexxija minn Colin Attard, maestro di cappella tal-Katidral bis-sehem tas-solisti, kor u l-orkestra tal-kappella Katidrali. Fit-tridu jiġi esegwit l-innu O Prima Virgo ta’ Ġanni Vella, l-Antifona Hodie Maria Virgo (1842) ta’ Cesare Vassallo u l-quddies: Gratia Plena ta’ Licinio Refice, Missa Papa Giovanni XXIII ta’ Prof. Joseph Vella u Missa Brevis in Honorem Joannis Pauli II ta’ Colin Attard. Lejlet Santa Marija jitkanta l-ewwel Għasar Pontifikali u l-Litanija Lawretana. Nhar Santa Marija filgħodu tiġi esegwita l-Missa in Solemnitate Sanctae Mariae Assumptae (2003) u Magnificat ta’ Joseph Sammut, Warda Sbejħa tar-Rebbiegħa (1992) u Is-Sultana tal-Paċi (2006) ta’ Colin Attard u l-antifona Hodie Maria Virgo (1842) ta’ Cesare Vassallo. Filgħaxija jitkanta t-tieni Għasar tas-Solennità.
Fid-9 u fil-15 t’Awwissu, il-Banda Leone ddoqq l-innu l-kbir Per La Festa Di Maria Assunta In Cielo (1913), l-eqdem fost l-innijiet il-kbar li għadhom jindaqqu fil-festi f’Għawdex, b’mużika ta’ Orlando Crescimanno u versi tal-Prof. Ramiro Barbaro di San Giorgio bis-sehem tat-tenur Charles Vincenti, il-baritoni Alfred Camilleri u l-Aurora Youth Choir taħt id-direzzjoni ta’ Colin Attard.
Xandir
Għal ħutna l-emigranti u dawk kollha li ma jistgħux ikunu preżenti, Radju Katidral ixandar fuq 90.9fm u www.radjukatidral.com. Xi funzjonijiet ikunu anki mxandra bil-viżwal fuq l-online television tar-radju. Radju Katidral ikun ixandar skeda estensiva ta’ programmi soċjali, kulturali u reliġjużi fil-jiem tal-festa.
Opri Ġodda mill-Katidral ta’ Għawdex
Opri Ġodda mis-Soċjetà Filarmonika Leone
Dan il-programm huwa suġġett għal tibdil li jitħabbar fil-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-parroċċa – bullettin, Radju Katidral, sit tal-internet u avviżi fil-quddies fil-Katidral.