Strieħ fis-Sliem Mro Joseph Vella

26. 02. 2018
Marċi Funebri – Banda Ċittadina Leone
13. 02. 2018
Eks-Segretarju li tana l-massimu tiegħu. Iħallina Mario Gatt.
06. 03. 2018
 

Is-Soċjetà Filarmonika Leone tibgħat il-kondoljanzi lill-familja ta’ Mro Joseph Vella u s-Soċjetà Filarmonika La Stella

Ilbieraħ filgħaxija tħabbret il-mewt tal-Mro Joseph Vella, surmast direttur tas-Soċjetà Filarmonika La Stella mill-1970. Il-Mro. Vella kien attiv fil-kamp kulturali lokali, fejn fost il-kontribuzzjonijiet artistiċi tiegħu, huwa kien idderiega l-Opra Cavalleria Rusticana, imtella’ mill-Kumpanija tal-Opra tat-Teatru Manoel, nhar it-3 ta’ Marzu 1984. 

 

Is-Soċjetà Filarmonika Leone tibgħat il-kondoljanzi tagħha lill-familja tal-Mro Joseph Vella, fosthom is-surmast direttur tas-Soċjetà Leone Mro. Colin Attard, kif ukoll lis-Soċjetà Filarmonika La Stella.