Laqgħa Ġenerali Annwali 2019

19. 11. 2019
Kunċert Sinfoniku Ċelebri ta’ Suċċess
18. 11. 2019
 

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà Filarmonika Leone se ssir nhar is-Sibt 23 ta’ Novembru 2019.

Hekk kif wasalna f’nofs il-perjodu amministrattiv tas-Soċjetà Filarmonika Leone 2018-20, se ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali għas-sena 2019 sabiex jiġu approvati r-rapport, isiru emendi neċessarji u diskussjonijiet important dwar il-ħidma tas-Soċjetà. Bandisti u Tesserati huma mħeġġin sabiex ikunu parteċipi f’din il-laqgħa ġenerali annwali sabiex flimkien niddiskutu dwar din is-sena amministrattiva li għaddiet u nħarsu ‘l quddiem lejn il-futur tas-Soċjetà tagħna.

Filwaqt li l-Bandisti, membri tal-Kumitat u kapijiet tal-fergħat għandhom id-dritt tal-vot importanti, it-tesserati huma mistiedna jattendu u jkunu parti minn din il-laqgħa. 

Hekk kif ġie avżat fiċ-ċirkulari lil Bandisti, emendi għall-istatut għandhom jaslu għand is-Segretarju fuq info@leone.org.mt jew bl-idejn sal-Erbgħa 20 ta’ Novembru 2019. Dawn għandhom ikunu ffirmati minn żewġ votanti.

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali se ssir nhar is-Sibt 23 ta’ Novembru 2019 fis-7PM, bi tkomplija l-Ħadd f’każ li jkun hemm bżonn.