Hekk kif ninsabu f’nofs il-perjodu amministrattiv tas-Soċjetà Filarmonika Leone 2020-22, se ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali għas-sena 2021 sabiex jiġu approvati r-rapport, isiru emendi neċessarji u diskussjonijiet important dwar il-ħidma tas-Soċjetà. Bandisti u Tesserati huma mħeġġin sabiex ikunu parteċipi f’din il-laqgħa ġenerali annwali sabiex flimkien niddiskutu dwar din is-sena amministrattiva li għaddiet u nħarsu ‘l quddiem lejn il-futur tas-Soċjetà tagħna.
Filwaqt li l-Bandisti, membri tal-Kumitat u kapijiet tal-fergħat għandhom id-dritt tal-vot, it-tesserati huma mistiedna jattendu u jkunu parti minn din il-laqgħa.
Emendi għall-istatut għandhom jaslu għand is-Segretarju fuq info@leone.org.mt jew bl-idejn sat-Tlieta 30 ta’ Novembru 2021. Dawn għandhom ikunu ffirmati minn żewġ votanti.
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali se ssir nhar il-Ħadd 5 ta’ Diċembru 2021 fid-9:00AM fit-Teatru tal-Opra Aurora. Il-Laqgħa ssir skont il-kriterji tas-saħħa pubblika hekk kif ikunu stabbiliti.