Bħal kull sena, il-Banda Ċittadina Leone tfakkar l-anniversarju mil-proklamazzjoni tad-domma tal-fidi tal-Assunta, domma li ġiet ipproklamata mill-Papa Piju XII fl-1 ta’ Novembru 1950.
Il-Banda Ċittadina Leone, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Colin Attard, se tkun qed ittella programm mużikali li se jżur diversi ġeneri mużikali, bl-eżekuzzjoni ta’ siltiet mużikali magħrufin. Fosthom, se jiġu esegwiti siltiet mill-opri Cavalleria Rusticana u I Pagliacci, li għadhom kemm ittellgħu fl-istess Teatru ftit tal-jiem ilu,
Dan il-programm mużikali se jittella’ nhar is-Sibt 4 ta’ Novembru 2017, fit-8.00pm, ġewwa t-Teatru tal-Opra Aurora. Id-dħul huwa b’xejn.