Issieħeb membru: 2017

20. 01. 2017
Il-Parroċċa tilqa’ b’ferħ lill-Arċipriet Mons. Joseph Sultana
16. 01. 2017
Ilbieraħ, l-Ikla tal-Ħbieb
23. 01. 2017

Bħal kull sena, is-Soċjetà Filarmonika Leone qed iġġedded is-sejħa tagħha għat-tesserament għas-sena 2017.

L-2016 kienet sena li fiha għaddew minn fuqna bosta ġrajjiet u avvenimenti li komplew jgħaqduna aktar, sabiex flimkien nirnexxu. Fl-2016, sena li fiha ċċelebrajna ukoll anniversarji importanti, sena li fiha rajna ukoll lil Santa Marija għand il-Papa Franġisku, is-Soċjetà Filarmonika Leone kellha ‘l fuq minn 450 partitarju li ttesseraw irwieħhom. 

“Is-Soċjetà Filarmonika Leone qed issaħħaħ din is-sejħa sabiex aktar partitarji jittesseraw ruħhom, sabiex dawn ikunu aktar qrib tal-qalb u tal-mutur li jħaddem din is-Soċjetà.”

Hekk kif nafu li n-numru ta’ partitarji jisboq ferm aktar minn dan in-numru, is-Soċjetà Filarmonika Leone qed issaħħaħ din is-sejħa sabiex aktar partitarji jittesseraw ruħhom, sabiex dawn ikunu aktar qrib tal-qalb u tal-mutur li jħaddem din is-Soċjetà. Għal sena oħra, is-Soċjetà qed toffri skont ta’ 15% fuq il-biljett tal-opra, prijorità fis-siġġijiet għal numru ta’ kunċerti, fosthom il-Leone Goes Pop, il-programm mużikali tal-festa u dak annwali, kif ukoll numru ta’ privileġġi oħra f’okkażjonijiet uffiċjali, li jiġu mħabbra minn żmien għal żmien. Minn din is-sena, huma t-tesserati li għandhom id-dritt esklussiv jattendu għal-Laqgħa Ġenerali Annwali u dawk Straordinarji.

Tessera individwali, għal persuna waħda:  €10.00
Tessera għal familja sħiħa, għal persuni li jgħixu f’dar waħda:  €20.00

Il-ġbir tat-tessera qed isir mill-uffiċċjali tas-Soċjetà Filarmonika Leone matul Jannar u Frar 2017. Għal kull ħlas tingħata rċevuta. Ikkuntatjana  fuq info@leone.org.mt jew 79045779 għal aktar dettalji.