Ikomplu l-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi
Il-ġbir ta’ fondi b’risq il-festa u l-fergħat involuti fiha hija attività kontinwa. Hija attività mifruxa matul is-sena kollha u tieħu forom differenti. Ikun hemm dawk l-okkażjonijiet fejn il-kolletturi joħorġu jiġbru d-donazzjonijiet – jew f’forma ta’ miżata, jew f’forma ta’ ġabra bieb bieb, jew il-famuż ġbir mill-idejn bil-kotba tal-irċevuta.
Imma mbagħad ikun hemm dawk l-attivitajiet oħra ta’ matul is-sena, li apparti li jservu ta’ ġbir ta’ fondi, iservu wkoll ta’ okkażjonijiet rikreattivi jew okkażjonijiet soċjali li jiġbru lin-nies flimkien – ħafna drabi attivisti voluntiera, iżda mhux biss. U din tal-lejla hija waħda minnhom.
Ikla mill-Vampa Organisations fil-Każin tal-Banda Leone mis-7:30pm ’il quddiem.
Pizza & Pasta Buffet, b’ikel u servizz tal-Aurora Bistro Cafe.
Biljetti mingħand Marcella Tabone, Tereża Grima u l-voluntiera attivi fi ħdan il-Vampa Organisations.