Tiġi fi tmiemha l-Gozo Snooker Cup

11. 03. 2017
Viva l-Jiem tal-Karnival!
01. 03. 2017
Nifirħu ma’ Patri Adeodato Schembri
15. 03. 2017

Ilbieraħ, ġewwa l-Każin tal-Banda Leone, ġiet organizzata l-finali tal-Gozo Snooker Cup.

Il-logħob tal-Gozo Snooker Cup tad-Diviżjoni Premier bdew f’Novembru tas-sena l-oħra. Din it-tazza involviet ‘il fuq minn erbgħin persuna, u dawk kollha preżenti fil-Każin tal-Banda Leone lbieraħ, setgħu jsegwu l-logħba finali ta’ din it-tazza bejn Shaun Sultana u Jason Portelli. Il-finali spiċċat bl-iskor ta’ 6-1 għal Shaun Sultana.  

L-isnooker fil-Każin tal-Banda Leone ma jiqafx hawn. Infatti, nhar it-Tnejn 13 ta’ Marzu 2017 jibdew il-logħob tal-Gozo Snooker League

Prosit lill-plejers kollha li ħadu sehem f’din it-tazza, flimkien mal-amministrazzjoni u membri tal-Gozo Billiards and Snooker Association.

 


Ritratt: Aġġornamenti Sportivi (10 ta’ Marzu 2017)