Bħal kull sena, is-Soċjeta’ Filarmonika Leone, flimkien mal-Parroċċa tal-Katidral, tfakkar il-ġrajja storika tad-29 t’April 1956. F’din il-ġrajja, bħala simbolu t’għaqda dejjiema bejn is-Soċjeta’ u l-Parroċċa, l-istess Soċjeta’ kienet irregalat l-istatwa artistika ta’ Santa Marija, li kienet propjeta’ tagħha, lill-Parroċċa tal-Katidral.
Tant kemm id-29 t’April 1956 kien jum storiku li din il-ġrajja tibqa’ tiġi ċċelebrata bl-aktar mod ġubilari ta’ kull sena. Id-diffikultajiet biex l-istatwa ta’ Santa Marija ngħatat lill-Katidral ta’ Għawdex u tinżamm hemmhekk għall-qima tal-pubbliku joħorġu minn bosta rakkonti u aneddoti personali u ittri lill-awtoritajiet ċivili u ekkleżjali, kemm f’pajjiżna, kif ukoll f’Ruma. Dan kollu kien diffiċli għaliex dak li kien qed jiġi mitlub mis-Soċjetà kien bla preċedent. Iżda, bid-determinazzjoni u tenaċità tal-membri tal-Kumitat, illum qed inġawdu l-frott ta’ dan il-pass storiku.
Fiċ-ċentru ta’ din il-ġrajja nsibu lill-Banda Ċittadina Leone, li bil-bandisti tagħha, wasslu lill-istatwa ta’ Santa Marija mill-Każin tagħhom sal-Katidral. Filwaqt li r-rabta mal-Festa ta’ Santa Marija tmur lura lejn l-1897, din il-ġrajja kienet qed torbot lill- Banda Leone b’mod dejjiemi mal-Katidral.
Sabiex jiġi mfakkar bl-aħjar mod it-63 anniversarju ta’ din l-istess ġrajja, is-Soċjeta’ flimkien mal-Parroċċa, qed iħabbru programm t’attivitajiet varjat. Bit-tema, “Il-Banda Leone: Il-Qalb tal-Ġrajja tad-29 t’April“, is-Soċjeta’ qed torganizza Open-Day fil-Każin tal-Banda Leone, li se tkun tinvolvi diversi Masterclasses għall-Bandisti u sessjonijiet mużikali għat-Tfal, flimkien ma’ esebizzjonijiet u Bake-Sale mill-Aurora Youth Movement. Partitarji u Parruċċani huma mħeġġin iżuru l-Każin tal-Banda Leone sabiex jaraw mill-qrib il-ħidma tas-Soċjeta’.
Fost l-attivitajiet kollha, li jinkludu wkoll attivitajiet oħrajn għat-tfal u żgħażagħ, l-aktar importanti hija l-quddiesa ta’ tifkira ta’ nhar it-Tnejn 29 t’April. Din il-quddiesa, kkonċelebrata minn Mons Arċipriet Joseph Sultana, se tkun bis-sehem tal-Banda Leone, u li għaliha nħeġġu lill-partitarji u parruċċani kollha jattendu.
Hawn taħt għandek issib il-programm ta’ festi dettaljat, fejn nittamaw li tkun tista’ tingħaqad magħna f’dawn il-jiem sbieħ ta’ festi mis-Soċjeta’ u l-Parroċċa.
Is-Sibt 27 t’April | Open-Day fil-Każin tal-Banda Leone
Il-Masterclasses u sessjonijiet għat-tfal mistennija jdumu siegħa u nofs. Bandisti u tfal huma mistiedna jattendu bla ħlas, filwaqt li Bandisti oħrajn jistgħu jattendu b’donazzjoni. Kull mi jixtieq jattendi għandu jikkonferma mill-aktar fis possibli fuq 99130694 jew info@leone.org.mt
9:00am: Ftuħ tal-Open-Day fil-Każin tal- Banda Leone mill-President u l-Arcipriet Mons Joseph Sultana
9:05am: Masterclass tar-Ram (Brass) mis- Sur Alex Bezzina fis-Sala 29 t’April.
10:30am: Masterclass tal-Qasba (Woodwinds) mis-Sur Michael Pirotta fis- Sala 29 t’April 1956
2:00pm: Masterclass tal-Percussion mis- Sur Michael Camilleri fis-Sala 29 t’April
4:00pm: ’Peter and the Wolf’ – Sessjoni mużikali għat-tfal bejn 3 u 6 snin mis- Sinjura Helga Vella fis-Sala 29 t’April.
5:30pm: Sessjoni mużikali għat-tfal bejn 7 u 11 snin mill-Bandisti żgħażagħ tal-Banda Leone fis-Sala 29 t’April 1956.
8:00pm: ’Voyager’ – Xow ta’ żfin fit-Teatru tal-Opra Aurora mill-kumpanija Żfin Malta.
10:00pm: Gathering tal-Festa għaż-żgħażagħ fil-Każin tal-Banda Leone.
Il-Ħadd 28 t’April
10:30am: Quddiesa għat-Tfal quddiem l- istatwa ta’ Santa Marija fil-Katidral.
12:30pm: Ikla tal-Festa fil-Każin tal-Banda Leone organizzata minn Żgħażagħ Iljuni.
7:00pm: Tombla fil-Każin tal-Banda Leone.
It-Tnejn 29 t’April | Jum it-Tifkira
7:15pm: Quddiesa ta’ tifkira quddiem ix-xbieha ta’ Santa Marija fil-Katidral t’Għawdex ikkonċelebrata mill-Arcipriet Mons Joseph Sultana u bis-sehem tal-Kapitlu Katidrali. Din il-quddiesa tkun bis-sehem tal-Banda Cittadina Leone: il-qalb ta’ din il-ġrajja storika. Il-parruccani u partitarji kollha huma mistiedna jattendu sabiex nerġgħu ngħixu din il-ġrajja li fasslitna.
It-Tlieta 30 t’April
7:00pm: High-Tea Kbir b’risq il-ħidma u proġetti tal-Banda Cittadina Leone.
8:00pm: Kunċert tal-Alljievi fit-Teatru tal- Opra Aurora, bis-sehem tal-alljievi tal- Banda Leone, Bandisti żgħażagħ u l-Aurora Youth Movement. L-alljievi jesegwixxu diversi siltiet mużikali filwaqt li żgħażagħtal-AYM se jkunu qed jesebixxu parti mill- kitba ta’ Anton F Attard ‘Del Leone’ u poeżiji mill-kitba ta’ Gianninu Cremona.
L-Erbgħa 1 ta’ Mejju
12:30pm: Attivita’ kbira għaż-żgħażagħ organizzata mill-Aurora Youth Movement fir-Ramla l-Ħamra. Trasport provdut b’xejn mill-Każin tal-Banda Leone bi tluq fin-12:30pm. Kull min se jattendi għandu jikkonferma fuq 79260876.
7:15pm: Quddiesa tal-ftuħ tal-Erbgħat ta’ Santa Marija fil-Katidral minn Mons Arcipriet Joseph Sultana.