Tgħanniqa – Kunċert ta’ Marċi Funebri

08. 04. 2019
Tgħanniqa – Antaloġija ta’ Marċi Funebri tas-Surmast Colin Attard
25. 03. 2019
Tgħanniqa Mużikali mill-Banda Ċittadina Leone
15. 04. 2019

Il-Banda Ċittadina Leone A.D. 1863 ittella’ kunċert ta’ marċi funebri fil-Katidral t’Għawdex nhar Ħadd il-Palm.

Nhar Ħadd il-Palm 14 t’April, 8PM, il-Banda Ċittadina Leone se tkun qed ittella’ l-kunċert funebri tagħha, li llum sar appuntament annwali tal-Banda Leone fil-programm t’attivitajiet tal-Ġimgħa Mqaddsa.

“Dik hija t-tgħanniqa ta’ Omm imbeżża’ għal binha…”

 
 
 
 
 
Il-kunċert ta’ din is-sena, se jkun qed jiffoka fuq il-marċi funebri ppubblikati mill-Banda Ċittadina Leone fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa ta’ din is-sena. L-antaloġija ‘Tgħanniqa’ hija espressjoni mużikali b’mixja tul is-snin li s-Surmast Colin Attard kien surmast direttur tal-Banda Leone. Infatti, dawn il-marċi huma kompożizzjoni tiegħu u li jinstabu biss fl-arkivji tal-Banda Leone. 
 
L-isem tas-CD ‘Tgħanniqa’ ġej mill-isem tal-marċ funebri ġdid tas-Surmast Colin Attard b’dedika lis-Sur Ġużi Abela, eks-Kaxxier tas-Soċjetà li
ħalla din id-dinja fix-xhur li għaddew. Dan l-isem se jkun qed jintuża wkoll għal dan il-Kunċert mill-Banda Leone b’ dawn il-marċi funebri.
 
 
 
 
Dan il-kunċert se jkun qed jislet diversi ħsibijiet dwar dan iż-żmien qaddis, b’mod partikolari il-kuntatt bejn Ġesu u ommu Marija ssimbolizzat b’Tgħanniqa. Apparti l-Banda Ċittadina Leone taħt id-direzzjoni tas-Surmast Colin Attard, se jkunu qed jipparteċipaw ukoll l-Aurora Youth Choir. 

Dħul huwa b’xejn iżda wieħed jista jirriserva post fuq info@leone.org.mt jew b’sms fuq 99130694.