L-Opra
It-Teatru tal-Opra Aurora welled l-ewwel opra f'Għawdex, u fih laqa' tmienja u tletin (38) opra, li fil-parti kbira tagħhom kienu produzzjonijiet tat-Teatru Aurora stess. L-ewwel opra Madama Butterfly kienet ukoll l-ewwel opra sħiħa f'Għawdex u saret darbtejn. Kienet l-opra li tat qawmien ġdid għan-namra operistika fil-gżejjer Maltin li bdew jgħixu rinaxximent fil-kultura u produzzjonijiet operistiċi mill-1977 'il quddiem. It-Teatru tal-Opra Aurora baqa' jkun pijunier u fit-tieni sena ta' opra tiegħu, inħadmu fih xejn inqas minn 4 opri differenti. Mill-1994, Colin Attard, is-surmast direttur residenti tat-teatru, idderieġa opra kull sena (b'eċċezzjoni ta' sena waħda), biex bl-opri liriċi ta' din is-sena, Cavalleria Rusticana, I Pagliacci u Madama Butterfly, ikun mexxa 26 opra fit-Teatru Aurora, fejn 22 minnhom huma produzzjonijiet tat-Teatru Aurora stess.