Leone Band in Concert

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Leone Band in Concert

Saturday, 04 November 2017, 20:00 - 22:00

Leone Band in Concert – Programm Mużikali mill-Banda Ċittadina Leone li se jiċċelebra is-67 Anniversarju mill-proklamazzjoni tad-Domma tal-Assunta.  

Bħal kull sena, il-Banda Ċittadina Leone tfakkar l-anniversarju mil-proklamazzjoni tad-domma tal-fidi tal-Assunta, domma li ġiet ipproklamata mill-Papa Piju XII fl-1 ta’ Novembru 1950. 

Il-Banda Ċittadina Leone, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Colin Attard, se tkun qed ittella programm mużikali li se jżur diversi ġeneri mużikali, bl-eżekuzzjoni ta’ siltiet mużikali magħrufin. Fosthom, se jiġu esegwiti siltiet mill-opri Cavalleria Rusticana u I Pagliacci, li għadhom kemm ittellgħu fl-istess Teatru ftit tal-jiem ilu, 

Dan il-programm mużikali se jittella’ nhar is-Sibt 4 ta’ Novembru 2017, fit-8.00pm, ġewwa t-Teatru tal-Opra Aurora. Id-dħul huwa b’xejn. 

Details

Date:
Saturday, 04 November 2017
Time:
20:00 - 22:00

Venue

Teatru tal-Opra Aurora
100, Triq ir-Repubblika
Victoria, Gozo VCT1017 Malta

Organizer

Teatru tal-Opra Aurora
Phone:
79045779
Website:
www.teatruaurora.com