
Il-Cavalleria u l-Pagliacci, għalkemm mhux relatati, ġew imfassla lejn tmiem is-seklu dsatax u jitkellmu dwar il ħajja taċ-ċittadin komuni u temi folkloristiċi ambjentati fin-nofsinhar tal-Italja u Sqallija. Dawn huma żewġ opri li kienu rivoluzzjonarji fis-suġġett trattat u fl-istil mużikali użat.

Flimkien ma’ biljetti ta’ € 45, € 60, € 70 u € 80, it-Teatru tal-Opra Aurora qiegħda għall-ewwel darba titlob lill-udjenza sabiex jordnaw il-kumplimenti tagħhom mill-kumdità ta’ djarhom, bħas-servizz ta’ trasport shuttle, jew ta’ taxi minn u lejn it-teatru, ordni tal-programm ta’ tifkira mħallas minn qabel, aċċess għall-vin d’honneur esklussiv u aċċess ta’ prijorità għal-lift. Dan kollu, flimkien mal-prenotazzjoni tas-siġġijiet, jistgħu jsiru onlajn fuq www.teatruaurora.com. Assistenza għal dan jista’ jinkiseb fuq 79045779.
L-Opra fl-Aurora qed tiġi prodotta bħala parti mill-Gozo Cultural Support Programme bejn il-Ministeru għall-Għawdex u l-Kunsill tal-Arti.